Formula ta' Reġistrazzjoni bħala
Produttur ta' Batteriji u Akkumulaturi
Numru tal-Karta tal-Identità
Titlu
Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li fhimt l-obbligi tiegħek bħala produttur ta' batteriji u akkumulaturi skont S.L. 549.54 - Regolamenti dwar Maniġġjar ta' Skart (Batteriji u Akkumulaturi).
L-applikazzjoni tiegħek għandha tkun akkumpanjata minn:
- Pagament ta’ €35 pagabbli lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA);
- Kopja tal-ftehim iffirmata minnek jekk qed tipparteċipa fi Skema ta' Konformità ta’ Skart tal-Batteriji u Akkumulaturi awtorizzata;
- Pjan ta' ħidma dwar kif għandek il-ħsieb li tissodisfa l-obbligi tiegħek, f'każ li m'intix membru ta' Skema ta' Konformità ta' Skart tal-Batteriji u Akkumulaturi.
Jekk teħtieġ assistenza biex timla l-formola ta' reġistrazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq:
1. Dettalji tal-Applikant
Isem sħiħ tal-Kumpanija/Produttur:
(Dan ser jidher fuq ir-reġistru pubbliku)
Isem tal-Kummerċ (jekk differenti):
Indirizz reġistrat tal-Kumpanija/Produttur
Indirizz
(Numru/Isem tal-Post u Triq)
Lokalità u Kodiċi postali
Numru tat-Telefon/Mowbajl
Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija
(jekk applikabbli)
Kodiċi NACE tal-attività ekonomika
(jekk disponibbli)
Numru ta' postijiet tax-xogħol
tal-kumpanija
2. Dettalji tal-Persuna ta' Kuntatt tal-Kumpanija/Produttur
Pożizzjoni fil-Kumpanija (jekk applikabbli)
Indirizz (Numru/Isem tal-Post u Triq)
Lokalità u Kodiċi postali
Numru tat-Telefown/Mowbajl
3. L-isem tad-ditta u t-tip ta' Batteriji u Akkumulaturi
(Jekk jogħġbok elenka l-ismijiet tad-ditti kollha ta' batteriji u akkumulaturi li qed tpoġġi fis-suq u immarka t-tip/i ta' batteriji u akkumulaturi li qed tpoġġi fis-suq)
Batteriji u akkumulaturi portabbli
Isem tad-Ditta/i
Batteriji u akkumulaturi industrijali
Isem tad-Ditta/i
Batteriji u akkumulaturi tal-vetturi
Isem tad-Ditta/i
4. Tekniki tal-bejgħ (Jekk jogħġbok immarka fejn applikabbli)
5. Responsabbiltà tal-Produttur (Jekk jogħġbok immarka fejn applikabbli)
Jekk iva, provdi dawn id-dettalji
L-isem tal-iskema ta' Konformità ta’
Skart tal-Batteriji u Akkumulaturi
Numru tas-sħubija tal-iskema
Jekk jogħġbok ehmeż pjan ta' ħidma dwar kif għandek il-ħsieb li tissodisfa l-obbligi tiegħek . It-ToRs għall-Pjan ta' Ħidma jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-ERA:
Dikjarazzjoni
Bl-iffirmar ta' din il-formola, tikkonferma li qed tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek, skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, f'ismek u f'isem il-persuni l-oħra kollha speċifikati f'din il-formola sabiex l-Awtorità tipproċessa l-informazzjoni personali tiegħek.
Huwa reat jekk inti deliberatament tagħti informazzjoni falza jew qarrieqa. Inti tista' tkun responsabbli għall-prosekuzzjoni. L-applikazzjoni għandha tkun iffirmata u sottomessa lill-Awtorità minn Firmatarju Awtorizzat.
Niddikjara li l-informazzjoni f'din l-applikazzjoni u l-formola tad-data hija vera bl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi.
Nifhem li r-reġistrazzjoni tista' tiġi rifjutata jekk nagħti informazzjoni falza jew mhux kompluta.
Naqbel li ninforma b'kull tibdil fl-informazzjoni mogħtija, bil-miktub u ffirmata kif xieraq, fi żmien XAHAR minn wara l-bidla.
Jiena naqbel li napplika għal dereġistrazzjoni hekk kif nieqaf milli npoġġi fis-suq il-batteriji u l-akkumulaturi.
Formoli kompluti għandhom jingħataw jew jintbagħtu bil-posta lil:
Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi,
Hexagon House,
Spencer Hill,
Marsa, MRS 1441
Għall-Użu tal-Uffiċċju biss
Timbru tad-Data
Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Produttur
Klawżola dwar il-Protezzjoni tad-Data
Skont l-Atti tal-Protezzjoni tad-Data, 2018 (Att Nru: XX tal-2018), ser nipproċessaw kull data personali u/jew sensittiva pprovduta f’din l‑applikazzjoni, formola ta’ rikjesta jew notifika jew sussegwentement ipprovduta minnek, sew jekk bil‑miktub u sew jekk verbalment, għal raġunijiet li ġejjin:
1. Sabiex nipprovdulek is‑servizzi tagħna bl‑ipproċessar xieraq tal‑applikazzjoni tiegħek, talba u/jew avviż kif sottomess;
2. Sabiex inkunu nistgħu nagħtu l‑identifikazzjoni tiegħek u biex nivverifikaw l‑informazzjoni pprovduta lill‑uffiċjali tagħna;
3. Il‑prevenzjoni, is‑sejbien u/jew il‑prosekuzzjoni ta’ frodi u kwalunkwe attività kriminali oħra li l‑Awtorità hija obbligata tirraporta u/jew taġixxi waqt li tissodisfa kwalunwke obbligu legali jew regolatorju ieħor;
4. Sabiex nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddifendu kwalunkwe azzjoni legali;
5. Ġestjoni interna, riċerka u statistika, amministrazzjoni tas‑sistemi, u l‑iżvilupp u t‑titjib tas‑servizzi tagħna;
6. Il‑protezzjoni u l‑promozzjoni tal‑interessi leġittimi tagħna u t‑twettiq xieraq tal‑obbligi tagħna li joħorġu minn kwalunkwe liġi jew strument statutorju; u
7. Sabiex nippubblikaw l‑informazzjoni meħtieġa kif speċifikat fil‑liġijiet relevanti u li nwettqu l‑obbligi skont il‑liġi;
Inti tirrikonoxxi li meta tkun rajt din l‑applikazzjoni, l‑Awtorità tista’ tipproċessa, tiżvela, tittrasferixxi jew taqsam id‑data personali tiegħek mal‑impjegati tagħha, ma’ xi Awtorità Governattiva oħra jew Entità; u ma’ partijiet terzi oħra sabiex tikkonforma ma’ Liġijiet applikabbli, u b’hekk meta tiffirma din il‑formola inti tkun qed tikkonferma li qed tagħti l‑ kunsens espliċitu tiegħek lill‑Awtorità .
Kull sezzjoni fuq il‑formola hija obbligatorja. Jekk tonqos milli timla xi parti obbligatorja, aħna nirriżervaw id‑dritt li nirrifjutaw l‑applikazzjoni. Jekk xi sezzjoni tkun inapplikabbli għaċ‑ċirkostanzi partikolari tiegħek, jekk jogħġbok immarka dik il‑parti bl‑ittri “N/A”.
Inti għandek id‑dritt li titlob li aħna nipprovdulek aċċess għad‑data personali tiegħek kif ukoll id‑dritt li tirrettifika, jew, f’ċirkostanzi xierqa, tħassar/tbiddel kwalunkwe data personali mhux eżatta, mhux kompleta jew data immaterjali li tkun qed tiġi pproċessata. Madankollu, inti mitlub tinfurmana minnufih dwar kwalunkwe tibdil relatat mad‑data personali tiegħek li qed nipproċessaw.
Meta tiffirma din il‑formola, inti tikkonferma li qed tagħti l‑kunsens espliċitu tiegħek, skont l‑Att dwar il‑Protezzjoni tad‑Data f’ismek u l‑persuni l‑oħra kollha speċifikati f’din il‑formola għall‑Awtorità biex tipproċessa l‑informazzjoni personali rispettiva tiegħek kif deskritt hawn fuq u tikkonferma li ressaqt dan l‑avviż dwar il‑Protezzjoni tad‑Data għall‑attenzjoni ta’ dawn il‑persuni l‑oħra u ksibt il‑kunsensi rispettivi tagħhom.
Aħna nimpenjaw ruħna li nimplimentaw miżuri u salvagwardji xierqa bil‑għan li nipproteġu l‑kunfidenzjalità, l‑integrità u d‑disponibbiltà tad‑data kollha pproċessata.