Applikazzjoni għall-Trasmissjoni ta' Privattiva permezz ta' Assenjazzjoni/Kompropjetà/ Dispożizzjoni Testamentarja/Ordni mill-Qorti
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TA’ L-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tal-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji ta' Reġistrazzjoni
Dettalji tal-Applikant/Propjetarju Kurrenti
Għall-użu tal-Uffiċċju biss
Dettalji tar-Rappreżentant (jekk applikabbli)
Tixtieq li ssir trasmissjoni permezz ta':
Dettalji Ġodda tar-Reġistrazzjoni (l-isem u l-indirizz ġdid li għandu jiġi mniżżel fir-reġistru)
Data ta' meta il-propjetarju l-ġdid sar is-sid
Dokumenti meħtieġa li ghandhom jiġu sottomessi ma' l-applikazzjoni
- Kopja tal-ftehim ta’ l- Assenjazzjoni / Kompropjetà / Dispożizzjoni Testamentarja / Ordni mill-Qorti
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika trasmissjoni ta’ privattiva permezz ta’ assenjazzjoni/komproprjeta`/dispożizzjoni testamentarja/ordni mill-qorti. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’din l-applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din l-applikazzjoni, u biex jgħati din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi, Dipartimenti tal-Gvern u lill-terzi persuni, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi proċessata din l-applikazzjoni u kif permess mill-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata;
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess applikazzjoni;
- informazzjoni f’din l-applikazzjoni ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
- informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena konxju li għall-finijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Kontrollur tad-Data huwa d-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kummerċ, bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali
Niddikjara li qabel id-data tal-fajling jew jekk ġiet mitluba il-prijorità qabel id-data tal-prijorità tal-applikazzjoni, l-invenzjoni ma kienetx disponibbli għall-pubbliku kemm bil-miktub jew b'xi mod grafiku ieħor, kemm b'deskrizzjoni orali, kemm bl-użu jew b'xi mod ieħor f'kull rokna tad-dinja.
Tariffa u Metodu ta' Ħlas
Jekk jogħġbok agħżel metodu ta' ħlas
Noti:
Din l-applikazzjoni ma tiġix ipproċessata qabel ma jkun wasal il-ħlas
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju (metodu ppreferit)
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tat-Privattiva fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Lascaris, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Twissija: fatturi qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw għal trejdmark lokali qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Proprjeta’ Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet tat-trejdmarks li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhix mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tat-Trejdmark tiegħek, TĦALLASIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors minn fejn ġejja hiex uffiċċjali. Inti avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: +356 2569 0340.