Applikazzjoni għal Trasmissjoni ta' Disinn permezz ta' Assenjazzjoni/Kompropjetà/ Dispożizzjoni Testamentarja/Ordni mill-Qorti
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TA’ L-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tal-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji ta' Reġistrazzjoni
Dettalji tal-Applikant/Propjetarju Kurrenti
Għall-użu tal-Uffiċċju biss
Dettalji tar-Rappreżentant (jekk applikabbli)
Tixtieq li ssir trasmissjoni permezz ta':
Dettalji Ġodda tar-Reġistrazzjoni (l-isem u l-indirizz ġdid li għandu jiġi mniżżel fir-reġistru)
Data ta' meta il-propjetarju l-ġdid sar is-sid
Dokumenti Annessi (kif applikabli)
- Kopja tal-ftehim tal-Assenjazzjoni / Kompropjetà / Dispożizzjoni Testamentarja / Ordni mill-Qorti
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika trasmissjoni ta’ disinn permezz ta’ assenjazzjoni/komproprjeta`/dispożizzjoni testamentarja/ordni mill-qorti. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’din l-applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din l-applikazzjoni, u biex jgħati din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi, Dipartimenti tal-Gvern u lill-terzi persuni, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi proċessata din l-applikazzjoni u kif permess mil-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata;
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess applikazzjoni;
- informazzjoni f’din l-applikazzjoni ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
- informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena konxju li għall-finijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Kontrollur tad-Data huwa d-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kummerċ, bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali
Tariffa u Metodu ta' Ħlas
a. Tariffa għall-ewwel Disinn: €34.94
b. Għal kull Disinn addizzjonali jew id-dritt tiegħu li ġie assenjat jew trasferit fl-istess ħin: €11.65
Jekk jogħġbok agħżel metodu ta' ħlas
Noti:
Din l-applikazzjoni ma tiġix ipproċessata qabel ma jkun wasal il-ħlas.
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju (metodu ppreferit)
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Disinn fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Lascaris, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Jekk jogħġbok kun af li trid iżżid €1.20 oħra mal-ammont totali li trid tħallas meta inti tagħzel li tħallas permezz ta' ċekk f'Ewro li jinħareg minn bank barrani. Kun af ukoll li ċekkijiet li joħorġu minn banek barranin jirrikjedu mill-inqas 30 ġurnata ta' xogħol sabiex jiġu kklerjati mill-banek barranin kif ukoll mill-banek lokali għalhekk jitwal iz-zmien sabiex tiġi pproċessata l-applikazzjoni.
Twissija: fatturi qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw għal trejdmark lokali qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Proprjeta’ Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet tat-trejdmarks li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhix mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tat-Trejdmark tiegħek, TĦALLASIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors minn fejn ġejja hiex uffiċċjali. Inti avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: 2569 0199.