Applikazzjoni ta’ Ċessjoni ta’ wieħed jew kull Oġġett/Servizz għal x’hiex il-Marka hi Reġistrata
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tat-Trejdmarks [Kap. 597].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar it-Trejdmarks [Kap. 597] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji ta' Reġistrazzjoni
GĦALL-UŻU TAL-UFFIĊĊJU BISS:
Num. u Data tal-Irċevuta:
Dettalji tar-Rappreżentant (jekk applikabbli)
Jekk ser iċċedi parti minnhom jitninżlu biss l-oġġetti jew servizzi li ser jibqgħu registrati.
-Dokument ta’ prokura (jekk jiġi appuntat prokuratur);
-Filkas li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid tat-trejdmark huwa ndividwu, waħħal kopja tal-karta tal-identità / passaport ;
-Filkas li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid tat-trejdmark hija kumpanija, waħħal kopja tad-dikjarazzjoni maħruġa mill-kumpanija fejn tiċċertifika t-talba ta’ ċediment.
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika għal avviż ta’ ċessjoni ta' wieħed jew kull oġġett/servizz għal xiex il-marka hi reġistrata. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’din it-talba hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din il-formola, u biex jagħti din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi, Dipartimenti tal-Gvern u lill-terzi persuni, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi pproċessata u kif permess mill-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
-jekk ma nagħmilx hekk, it-talba tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata;
-l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din it-talba jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola għall-iskop imsemmi fl-istess talba;
-informazzjoni f’din il-formola ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
-informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena nifhem li għal skopijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-dejta, il-kontrollur tad-data huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Jien nikkonferma li ma hemm ħadd interessat fil-marka reġistrata; jew jien nikkonferma li minn għandu interess fil-marka reġistrata jiġi notifikat tlett xhur qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u
a) li huma ma jiġux affetwati bil-kunsens mogħti;
b) jekk affetwati, huma jaqblu maċ-ċessjoni.
Tariffa u Metodu ta' Ħlas
Jekk jogħġbok agħżel metodu ta' ħlas
Noti:
Il-ħlas irid jiġi sottomess fiż-żmien disgħin (90) ġurnata ta' xogħol mid-data tal-fajling inkella din l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata bħala irtirata. Din l-applikazzjoni ma tiġix pproċessata sakemm il-ħlas jiġi pproċessat.
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju (metodu ppreferit)
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tat-Trejdmark fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Lascaris, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Twissija: fatturi qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw għal trejdmark lokali qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Proprjeta’ Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet tat-trejdmarks li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhix mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tat-Trejdmark tiegħek, TĦALLASIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors minn fejn ġejja hiex uffiċċjali. Inti avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: 2569 0199.