Trasferiment tal-Liċenzja ta' Bejjiegħ bil-Posta minn Post Fiss f'Suq fil-Beraħ jew Kjosk Fiss
Dettalji dwar il-Liċenzja
Indirizz u lokalità tal-post fiss
Indirizz ta’ fejn għandha tintbagħat il-korrispondenza
Numru tal-Permess ta' Residenza
JobsPlus Numru tal-Permess tax-Xogħol
Dettalji tal-Persuna li lilha ser tiġi trasferita l-Liċenzja
Indirizz ta’ fejn għandha tintbagħat il-korrispondenza
Indirizz tal-Post fejn se titpoġġa l-Vettura
Nota: Kull tibdil fil-vettura jew fl-indirizz tal-garaxx għandhom ikunu notifikati lis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol wara li jsir it-tibdil.
Indirizz tal-Fond fejn se Jinħażnu l-Prodotti
Dikjarazzjoni mill-persuna li fuqha ser tiġi trasferita l-Liċenzja
Jien niddikjara li ma għandix fil-pussess tiegħi xi posta
oħra fl-istess Suq jew f’xi Suq ieħor
Permezz ta’ din il-formola, aħna
qed napplikaw għat-trasferiment tal-Liċenza bil-Posta jew Kjosk.
Nikkonfermaw li l-informazzjoni li qed nagħtu f’din l-Applikazzjoni hija korretta. Aħna hawnhekk qed nagħtu l-kunsens tagħna lid- Dipartiment tal-Kummerċ sabiex tipproċessa u żżomm l-informazzjoni personali li qed nagħtu f’din l-Applikazzjoni, u biex tagħti din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi u/jew id-Dipartiment tal-Gvern, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi pproċessata din l-Applikazzjoni u kif permess mil-Liġi Maltija.
Aħna nifhmu li:
- jekk ma nagħmlux hekk, l-Applikazzjoni tagħna ma tkunx tista’ tiġi pproċessata;
- l-uffiċjali nkariġati biex jipproċessaw din l-Applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess Applikazzjoni
- l-informazzjoni li ma turix l-identità tagħna tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
- għandna d-dritt naraw l-informazzjoni li għandha x’taqsam magħna jekk nagħmlu talba bil-miktub.
- li għal skopijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, il-Kontrollur tad-Data huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Twissija lill-Applikant:
Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-Formola jew xi dokumenti ppreżentati ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
Informazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni:
Id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jiġbor u jipproċessa l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni sabiex ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441). L- informazzjoni kollha tiġi miġbura u pproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privitezza tad-Data, ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441), liġijiet oħra u l-Politika tal-Privitezza ta’ dan id-Dipartiment, il-kopja tagħha tista’ tingħata jekk mitluba. L-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni tista’ tingħata lill-terzi entitajiet oħra, hekk kif tippermetti l-liġi Maltija.
Għajnuna:
F’każ li ssib diffikultà biex timtela din il-Formola, tista' ssib għajnuna billi ċċempel lid-Dipartiment tal-Kummerċ fuq +35621226688 jew billi tibgħat imejl fuq commerce@gov.mt.
Dokumenti meħtieġa ma' din l-Applikazzjoni
- Kopja tal-Passaport jew tal-Permess tar-Residenza (jekk l-applikant mhuwiex ta’ nazzjonalità Maltija)
- Kopja tal-Permess tax-Xogħol maħruġa mill-JobsPlus
- Ritratt tal-Passaport tal-Persuna li lilha se tiġi trasferita l-Liċenzja
- Rilaxx mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Ambjentali f’każ ta’ bejgħ ta’ ikel u xorb
- Prova tal-qrubija familjari mid-detentur tal-Liċenzja prinċipali biex ikun eżentat mil-ħlas dovut