Estensjoni tal-Perjodu ta' Sostitut
Dettalji tad-Detentur tal-Liċenzja
Indirizz ta' fejn għandha tintbagħat il-Korrispondenza
Dettalji tal-Bejjiegħ Sostitut
Indirizz ta' fejn għandha tintbagħat il-Korrispondenza
Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-Formola jew xi dokumenti ppreżentati ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
Informazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni:
Id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jiġbor u jipproċessa l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni sabiex ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441). L- informazzjoni kollha tiġi miġbura u pproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privitezza tad-Data, ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441), liġijiet oħra u l-Politika tal-Privitezza ta’ dan id-Dipartiment, il-kopja tagħha tista’ tingħata jekk mitluba. L-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni tista’ tingħata lill-terzi entitajiet oħra, hekk kif tippermetti l-liġi Maltija.
Għajnuna:
F’każ li ssib diffikulta biex timtela din il-Formola, tista' ssib għajnuna billi ċċempel lid-Dipartiment tal-Kummerċ fuq +35621226688 jew billi tibgħat imejl fuq commerce@gov.mt.
Permezz ta’ din il-formola, jien qed napplika għall-Estensjoni tal-perjodu ta' Bejjiegħ Sostitut.
Nikkonferma li l-informazzjoni li qed nagħti f’din l-Applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din l-Applikazzjoni, u biex jagħti din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi u/jew id-Dipartiment tal-Gvern, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi pproċessata din l-Applikazzjoni u kif permess mil-Liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-Applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-Applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess Applikazzjoni
- l-informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika
- għandi d-dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub
- li għal skopijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Dejta, il-Kontrollur tad-Dejta huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ
Dokumenti meħtieġa ma’ din l-Applikazzjoni
- Ċertifikat tat-Tabib fil-każ ta’ mard, tqala jew meta d-Detentur Prinċipali tal-Liċenzja qiegħed jieħu ħsieb il-ġenituri, konjuġi jew tfal morda
- Ċertifikat tat-Twelid meta d-Detentur Prinċipali tal-Liċenzja (mara) welldet tarbija u prova, f’każ ta’ adozzjoni, meta d-Detentur ikun addotta tifel jew tifla
- Prova li l-ġenitur, konjuġi, tifel jew tifla, hekk jista' jkun il-każ, ikunu reġistrati bħala persuni b’diżabilità mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (KDPD) f’każ meta d-Detentur Prinċipali tal-Liċenzja jkun qed jieħu ħsieb ġenitur, konjuġi, tifel jew tifla b’diżabilità
- F’każ ta’ trobbija (fostering), prova dokumentata li d-Detentur Prinċipali tal-Liċenzja jkun qed irabbi lit-tifel jew tifla, wara li jkun ġie ċertifikat bħala kompetenti li jkun missier jew omm tar-rispett mill-Panel dwar l-Addozzjoni u Fostering tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja
- Meta l-attività kummerċjali tkun tirrigwarda l-bejgħ ta’ ikel, hemm bżonn tal-approvazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Ambjentali li l-post indikat bħala maħżen jista’ jintuża għall-ħażna ta’ prodotti (*)
* Iżda meta l-fond tad-detentur tal-Liċenzja jkun ser jintuża bħala l-maħżen u dak il-fond ikun diġà ġie iċċertifikat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Ambjentali, l-applikazzjoni tista’ minflok ikollha magħha dikjarazzjoni li tkun turi dak l-użu u dik iċ-ċertifikazzjoni, u li tkun iffirmata kemm mid-detentur tal-Liċenzja, kif ukoll mill-Bejjiegħ Sostitut.