Indirizz ta' fejn għandha tintbagħat il-Korrispondenza
Numru tal-Permess ta' Residenza
JobsPlus Numru tal-Permess tax-Xogħol
Dettalji jekk il-Liċenzja tappartjeni għal Kumpanija jew Soċjetà Kummerċjali
Isem tas-Soċjetà Kummerċjali jew Kumpanija
Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija
Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-Formola jew xi dokumenti ppreżentati ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
Informazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni:
Id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jiġbor u jipproċessa l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni sabiex ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441). L- informazzjoni kollha tiġi miġbura u pproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privitezza tad-Dejta, ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap 441), liġijiet oħra u l-Politika tal-Privitezza ta’ dan id-Dipartiment, il-kopja tagħha tista’ tingħata jekk mitluba. L-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni tista’ tingħata lill-terzi entitajiet oħra, hekk kif tippermetti l-liġi Maltija.
Għajnuna:
F’każ li ssib diffikulta biex timtela din il-Formola, tista' ssib għajnuna billi ċċempel lid-Dipartiment tal-Kummerċ fuq +35621226688 jew billi tibgħat imejl fuq commerce@gov.mt.
Permezz ta’ din il-formola, jien qed napplika għal Liċenzja ta’ Bejgħ Bieb b'Bieb ta' oġġetti u servizzi (ħlief għall-bejgħ ta' ikel u xorb) taħt Kodiċi 52.6E u marbuta mal-attivitajiet kummerċjali elenkati fit-Taqsima I tal-Eweel Skeda fl-Att Dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ.
Nikkonferma li l-informazzjoni li qed nagħti f’din l-Applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din l-Applikazzjoni, u biex jagħti din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi u/jew id-Dipartiment tal-Gvern, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi pproċessata din l-Applikazzjoni u kif permess mil-Liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-Applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-Applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-Applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess Applikazzjoni
- l-informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika
- għandi d-dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub
- li għal skopijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, il-Kontrollur tad-Data huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ
Dokumenti meħtieġa ma' din l-Applikazzjoni
- Kopja tal-Passaport jew tal-Permess tar-Residenza (jekk l-applikant mhuwiex ta’ nazzjonalità Maltija)
- Kopja tal-Permess tax-Xogħol maħruġ mill-Jobsplus
- Riżoluzzjoni tal-Bord iffirmata mis-Segretarju/a tal-Kumpanija li tawtorizza l-applikant biex jirrapreżenta l-Kumpanija