Talba għall-Irtirar jew Emenda ta' Applikazzjoni
għal Privattiva jew Emenda ta' Reġistrazzjoni
ta' Privattiva
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tal-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji tal-Applikazzjoni
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika għall-irtirar jew emenda ta’ applikazzjoni għal privattiva jew emenda ta' reġistrazzjoni ta' privattiva. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’ din l-applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’ din l-applikazzjoni, u biex jgħati din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Kompetenti kif meħtieġ, bil-għan li tiġi proċessata din l-applikazzjoni kif mitlub mil-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi proċessata;
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess applikazzjoni;
- informazzjoni f’din l-applikazzjoni ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
- informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’ taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena nifhem li għal skopijiet ta’ l-Att ta’ dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Dejta, il-kontrollur tad-dejta huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali.
Tariffa u Metodu ta' Ħlas
Tariffa għal irtirar: €23.29
Tariffa għal emenda jew żball klerikali: €23.29
Tariffa għal limitazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet/bidla fit-talba tal-prijorità: €23.29
Noti:
Din l-applikazzjoni ma tistax tiġi proċessata qabel ma jsir il-ħlas fi żmien ta’ mhux aktar minn ħamest (5) iġranet xogħol.
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju (metodu preferit):
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-Privattiva fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Sur ta' Lascaris , Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Jekk jogħġbok kun af li trid iżżid €1.20 oħra mal-ammont totali li trid tħallas meta inti tagħżel li tħallas permezz ta' ċekk f'Ewro li jinħareg minn bank barrani. Kun af ukoll li ċekkijiet li joħorġu minn banek barranin jirrikjedu mill-inqas 30 ġurnata ta' xogħol sabiex jiġu kklerjati mill-banek barranin kif ukoll mill-banek lokali għalhekk jitwal iz-zmien sabiex tiġi proċessata l-applikazzjoni.
Twissija: Fatturi Qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Propjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhux mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tiegħek, TĦALLASHIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċċjali. Int avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment mitlub tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: +356 25690199.