Applikazzjoni għall-Konverżjoni ta'
Privattiva Ewropea
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tal-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji tar-Rappreżentant
F’każ li jkun hemm iktar minn inventur wieħed (1), jekk jogħgbok ehmeż il-lista tal-inventuri.
Jekk l-applikant/i jew inventur/i huma differenti, inti mitlub tindika f’isem min se tkun maħruġa l-privattiva.
Dettalji tal-Prijorità Mitluba
Numru ta' talbiet tal-Invenzjoni
Numru tal-applikazzjoni tal-Privattiva Ewropea
Uffiċċju li rċieva l-Privattiva Ewropea
Raġuni għat-talba għal konverżjoni
Jekk jogħġbok ehmeż id-dokumentazzjoni relevanti:
- Dokument ta’ prokura jekk jiġi appuntat prokuratur;
- Dokumentazzjoni li juri li l-applikazzjoni għall-Privattiva Ewropea giet rifjutata jew irtirata jew meqjusa bħala rtirata, jew li l-Privattiva Ewropea giet revokata skond Artiklu 135 tal-Konvenżjoni tal-Privattiva Ewropea.
Dokumenti Annessi (Ikompli)
- kopja tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Privattiva li tinkludi wkoll l-astratt, talbiet u tpinġijiet jekk hemm;
- kopja tad-dokument tal-prijorita` f’każ fejn il-prijorita` hi mitluba.
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika għal konverżjoni ta' privattiva Ewropea għal privattiva nazzjonali. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’ din l-applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’ din l-applikazzjoni, u biex jgħati din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Kompetenti kif meħtieġ, bil-għan li tiġi proċessata din l-applikazzjoni kif mitlub mil-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi proċessata;
- l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din l-applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’ din l-applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess applikazzjoni;
- informazzjoni f’ din l-applikazzjoni ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
- informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’ taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena nifhem li għal skopijiet tal-Att ta’ dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Dejta, il-kontrollur tad-data huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali.
Tariffa u Metodu ta' Ħlas
Noti:
Din l-applikazzjoni ma tistax tiġi proċessata qabel ma jsir il-ħlas fi żmien ta’ mux aktar minn ħames (5) ġurnata xogħol.
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju: (metodu preferit)
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-Privattivita fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Sur ta' Lascaris, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Twissija: Fatturi Qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Propjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhux mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tiegħek, TĦALLASHIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċċjali. Int avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment mitlub tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: +356 25690340.