Avviż ta' Oppożizzjoni għal Applikazzjoni
ta' Trademark Ġdida
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tat-Trejdmarks [Kap. 597].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar it-Trejdmarks [Kap. 597] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Għall-Użu tal-Uffiċċju Biss:
Numru u Data tal-Irċevuta:
Dettalji tar-Rappreżentant (Jekk Applikabbli)
Dettalji tal-Oppożizzjoni
Numru tat-Trejdmark li qed tiġi Opposta
Raġunijiet għall-Oppożizzjoni
Jekk jogħġbok innota li għandek bżonn timmarka waħda jew aktar mill-4 kaxxi hawn taħt. Jekk tintgħażel “Trademark preċedenti”, l-oqsma eżatt taħt għandhom jimtlew.
Numru tal-Fajl/Reġistrazzjoni
Data tar-Reġistrazzjoni (fejn applikabbli)
Data ta’ Prijorità (fejn applikabbli)
Oġġetti / Servizzi Opposti
Jekk jogħġbok ehmeż id-dokumentazzjoni relevanti:
- Dokument tal-Prokura (jekk jiħatar rappreżentant);
- Fil-każ li rappreżentant ma jkunx ġie maħtur u s-sid tat-trejdmark huwa individwu, ehmeż kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport
- Fil-każ li rappreżentant ma jkunx ġie maħtur u s-sid tat-trejdmark huwa kumpanija, ehmeż kopja ta' dikjarazzjoni maħruġa mill-kumpanija li tiċċertifika t-talba
-Dokumenti li fihom id-dettalji tal-oppożizzjoni
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed nopponi applikazzjoni pubblikata għal Trademark ġdida. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’din l-applikazzjoni hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din l-applikazzjoni, u biex jgħati din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Kompetenti kif meħtieġ, bil-għan li tiġi proċessata din l-applikazzjoni kif mitlub mil-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
- jekk ma nagħmilx hekk, l-applikazzjoni tiegħi ma tkunx tista’ tiġi proċessata;
- l-uffiċjali inkarigati biex jipproċessaw din l-applikazzjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni għall-iskop imsemmi fl-istess applikazzjoni;
- informazzjoni f’din l-applikazzjoni ser tkun ippubblikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
- informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena konxju li għall-finijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, il-Kontrollur tad-Dejta huwa d-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kummerċ, bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali.
Jekk jogħġbok agħżel metodu ta' ħlas
Noti:
Din l-applikazzjoni ma tiġix ipproċessata qabel ma jkun wasal il-ħlas.
Il-ħlas irid isir permezz ta':
Transferiment bankarju (metodu preferit):
Bank: Bank of Valletta
Numru tal-kont: 40018101689 (spejjeż iridu jitħallsu minn min jagħmel il-ħlas)
IBAN: MT58VALL22013000000040018101689
BIC: VALL MTMT
Isem tal-kont: Kummerċ
NB: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tat-Trademark fis-sezzjoni tal-kummenti tal-bank meta tkun qed tagħmel il-ħlas.
Bil-Posta:
Ċekk għandu jkun pagabbli lil "CIP" u jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Is-Sur ta' Lascaris, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta, VLT 1933, Malta.
Twissija: Fatturi Qarrieqa
Wasal għall-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ li persuni li applikaw qegħdin jirċievu stediniet biex jagħmlu ħlasijiet li ma joriġinawx mid-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li mhumiex relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet li jsiru mill-uffiċċju. Jekk inti tirċievi xi stedina mhux mitluba rigward tiġdid, pubblikazzjoni, trasferiment jew xi proċedura oħra b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni tiegħek, TĦALLASHIEX sakemm tkun iċċekkjajt b’attenzjoni sabiex tara x’servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċċjali. Int avżat biex tkun konxju ta’ dawn l-istediniet u jekk ikollok xi dubju inti ġentilment mitlub tikkuntattja lil dan l-uffiċċju fuq: +356 25690199.