Applikazzjoni għal Ċediment ta’ Privattiva jew
l-Irtirar ta' Applikazzjoni għall-Privattiva
TWISSIJA lill-applikanti – Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina jew ħabi ta’ fatti materjali fuq din il-formola jew xi dokument ippreżentat flimkien ma’ din l-applikazzjoni tista’ tagħti lok għal passi kriminali.
PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI – Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, jiġbor u jipproċessa d-dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali tiegħu dwar l-Att tal-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417].
Id-dejta personali kollha tiġi miġbura u pproċessata skont ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali u l-leġislazzjoni kollha kurrenti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni [Kap. 417] u il-Politika dwar il-Privatezza tad-Dejta tad-Dipartiment , li kopja tagħha hija disponibbli fuq il-websajt tagħna.
Dejta personali pprovduta f’din l-applikazzjoni tista’ tiġi maqsuma ma’ terzi persuni skont il-liġi.
Dettalji ta' Reġistrazzjoni /Applikazzjoni
GĦALL-UŻU TAL-UFFIĊĊJU BISS:
Num. u Data tal-Irċevuta:
Dettalji tar-Rappreżentant (jekk applikabbli)
Dettalji tal-Cediment / Irtirar
Permezz ta’ din l-applikazzjoni, jien qed napplika għal avviż ta’ ċessjoni ta’ Privattiva reġistrata jew irtirar tal-appilkazzjoni għal Privattiva. Nikkonferma li l-informazzjoni li jien qed nagħti f’din it-talba hija korretta. Jiena hawnhekk qed nagħti l-kunsens tiegħi lid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jipproċessa u jżomm l-informazzjoni personali li qed nagħti f’din il-formola, u biex jagħti din l-informazzjoni lill-Awtoritajiet Pubbliċi, Dipartimenti tal-Gvern u lill-terzi persuni, kif meħtieġ, bil-għan li tiġi pproċessata u kif permess mil-liġi Maltija.
Jiena nifhem li:
-jekk ma nagħmilx hekk, it-talba tiegħi ma tkunx tista’ tiġi pproċessata;
-l-uffiċjali nkarigati biex jipproċessaw din it-talba jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola għall-iskop imsemmi fl-istess talba;
-informazzjoni f’din il-formola ser tkun ippublikata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u għalhekk tkun aċċessibli mill-pubbliku;
-informazzjoni li ma turix l-identità tiegħi tista’ tintuża għal skopijiet ta’ statistika.
Jiena nifhem li għandi dritt nara l-informazzjoni li għandha x’taqsam miegħi jekk nagħmel talba bil-miktub.
Jiena konxju li għall-finijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, il-Kontrollur tad-Dejta huwa d-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kummerċ, bħala l-Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali