Formola B : Reġistrazzjoni ta’ Skejjel tas-Sajf bħala Stabbilimenti Edukattivi
Sajf 2022
L-iskejjel tas-Sajf se jitħallew joperaw suġġett għal u fuq ordnijiet u/jew Avviżi Legali maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa minn żmien għal żmien.
Kjarifika (Disclaimer): Jekk jogħġbok innota li minħabba, partikolarment iżda mhux esklussivament, iċ-ċirkostanzi preżenti, id-DKSE ma jistax jinżamm responsabbli għall-ispejjeż magħmula minn min ser jipprovdi dan is-servizz fl-aspetti kollha tal-organizzazzjoni tal-iskola tas-sajf, inkluża l-osservanza għal ħtiġijiet jew obbligi u l-leġislazzjoni li tirregola l-Iskejjel tas-Sajf, f’ċirkostanzi meta l-imsemmija skola tas-sajf ma toperax għal kwalunkwe raġuni.
1. Ma’ din l-applikazzjoni, ehmeż dawn id-dokumenti;
- Ċertifikati tal-Kondotta tal-Puluzija tal-membri kollha tal-istaff maħruġ mhux qabel xahrejn mir-Reġistrazzjoni.
- Ċertifikati tal-Ewwel Għajnuna. Tal-inqas persuna ċċertifikata li tista’ tagħti l-ewwel għajnuna, trid tkun preżenti fuq il-post waqt il-ħin tal-iskola.
- Permess ta’ Residenza maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Espatrijati u Permess tax-Xogħol maħruġ mill-JobsPlus tal-membri tal-istaff li huma barranin.
- Rikors skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri tal-membri kollha tal-istaff maħruġ mhux qabel xahrejn mir-Reġistrazzjoni.
2. L-Għotja taċ-Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tiddependi fuq li jintbagħtu d-dokumenti kollha meħtieġa (kif indikat hawn fuq) sa mhux inqas minn ġimgħa qabel l-ewwel ġurnata tal-iskola tas-Sajf. L-applikanti għandhom jirrispettaw dan iż-żmien hekk kif stipulat hawn fuq.
3. L-Amministratur tal-iskola tas-Sajf huwa marbut b'obbligazzjonijiet legali skont A.L. 206 tal-2016 meta ser t/ikun qiegħed/a t/jimpjega lil xi persuna.
4. Ir-Reġistrazzjoni hija valida għal perijodu ta’ bejn Ġunju u Settembru ta’ dik is- sena partikolari.
5. Il-persuni li ser japplikaw għal din ir-Reġistrazzjoni għandhom ikunu konversanti mal-S.L.327.349.
6. Wara li timla d-dettalji, il-formola trid tintbagħat elettronikament flimkien mad-dokumenti meħtieġa annessi.
Daħħal is-sena
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT - MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT
* Isem tal-Persuna Responsabbli
Numru tal-Karta tal-Identità tal-persuna responsabbli mill-Iskola
* Isem tal-Kap tal-Iskola tas-Sajf (jekk differenti minn ta’ fuq)
Numru tal-Karta tal-Identità tal-Kap tal-iskola
Dettalji tal-Istabbiliment
Età tal-Istudenti (Età minima 3 snin - Età Massima 16-il sena)
Numru ta’ Klassijiet (b’mhux iktar minn 15 -il student) Minn 3 snin sa 9 snin
Numru ta’ Klassijiet (b’mhux iktar minn 20 student) Minn 10 snin sa 16-il sena
Numru Totali ta' Studenti
Numru Totali ta' Klassijiet
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT - MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT
Numru ta' Staff Amministrattiv
Numru ta' Staff Klerikali
Numru ta' Staff Anċillarju
Nixtieq napplika biex nirreġistra skola tas-Sajf, għal tfal ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena, bħala stabbiliment edukattiv taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni (KAP.327) skont L.S. 327.349 (Avviż Legali 185 tal-2009). Jiena niċċertifika li l-informazzjoni kollha pprovduta hija korretta u r-riżorsi disponibbli huma għall-iskop u skont ir-regolamenti applikabbli. Nikkonferma li fhimt il-kontenut tar-regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Iskejjel tas-Sajf bħala Stabbilimenti Edukattivi u li se naderixxi mar-regolamenti u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja.
L-operatur se jkun qed japplika ghar-Reġistrazzjoni ta’ Entità li toffri edukazzjoni mhux formali jew Tiġdid ta’ din l-istess Reġistrazzjoni:
*Jekk IVA u r-Reġistrazzjoni bħala entità li toffri edukazzjoni non-formali tinkludi ukoll programmi offruti mhux fix-xhur tas-sajf, l-Ittra ta’ Dikjarazzjoni dwar is-Saħħa u s-Sigurtà trid tkopri dawn il-programmi wkoll.
N.B. - Tapplika biss għall-dawk il-Programmi mhux formali offruti fil-Livell Sekondarju.
Protezzjoni u Privatezza tad-Data: Id-Direttorat Għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni tiġbor u tipproċessa l-informazzjoni kif mitlub fl-Att dwar L-Edukazzjoni. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata hekk kif stipulat fl-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-GDPR.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT - MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT