Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
Formola ta’ Applikazzjoni għall-Esebituri bir-Regoli u Regolamenti
Numru tal-Karta tal-Identità
Isem Uffiċċjali tal-Entita/Kumpanija (kif se jidher fuq it-tabella)
Titlu
Tip ta’ Esebitur
Tip ta’ Stand
1) * Tip ta’ Esebitur
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa attività organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bil-għan li tinkoraġixxi il-qari tal-kotba fi kwalunkwe format. Għalkemm l-esebituri huma awtorizzati li jbiegħu l-kotba lill-pubbliku inġenerali, l-għanijiet primarji ta’ din l-attività huma edukattivi u kulturali, għalhekk l-esebituri huma awtorizzati biss li jbiegħu kotba fi kwalunkwe’ format u huma strettament projbiti li jbiegħu prodotti oħra li mhumiex kotba. Esebituri li se jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 huma neċessarjament mitluba li jkunu jaqgħu taħt waħda minn dawn il-kategoriji inkella jiġu rrifjutati milli jipparteċipaw.
Pubblikatur
Pesuna jew grupp ta’ persuni li għandhom dar ta’ pubblikazzjoni li għallinqas ikunu ppubblikaw ktieb wieħed minn awtur wieħed.
Distributur tal-kotba jew bejjiegħ
Entità, kumpanija jew tip ta’ entità oħra li tiddistribwixxi jew tbiegħ kotba f’postijiet kummerċjali jew postijiet oħra.
Għaqdiet volontarji mhux governattivi
Għaqdiet volontarji mhux governattivi li jispeċjalizzaw fil-promozzjoni ta’ aspett edukattiv skont kif speċifikat bil-liġi, il-promozzjoni ta’ lingwa partikolari, entitajiet relatati mal-arkivji u s-settur tal-libreriji, gruppi ta’ awturi u pubblikaturi jew kollettività ta’ gruppi kulturali u akkademiċi.
Istituzzjonijiet kulturali u/jew edukattivi
Istituzzjonijiet primarji, sekondarji u terzjarji u/jew istituzzjonijiet edukattivi li huma definiti bil-liġi.
Kumpaniji jew gruppi relatati mal-industrija tal-kotba
Aġenti letterarji u sensala, disinjaturi grafiċi u żviluppaturi tal-kontenut u oħrajn professjonali jaħdmu f'relazzjoni jew speċifikament fl-industrija tal-kotba.
Għal fini ta’ dan id-dokument il-ktieb huwa definit bħala: pubblikazzjoni li jkollha n-numru tal-ISBN maħruġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew entità oħra rikonoxxuta mill-Aġenzija Internazzjonali għall-ISBN.
F’każ ta’ Pubblikaturi interessati li jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu bżonn lista tal-kotba ppubblikati fis-snin 2016 u 2017.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
Inti bejjiegħ tal-kotba jew distributur?
F’każ ta’ bejjiegħ u/jew distributur interessat li jipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jitolbok tispeċifika it-tip ta’ kotba li int se tesebixxi/tbiegħ fuq l-istand tiegħek.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
2) Attivitajiet u Avvenimenti
Jekk jogħġbok agħmel lista tal-attivitajiet illi l-esebitur qed jipproponi li jorganizza matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 fl-MCC fl-ispazju pprovdut u allokat mill-KNK jew fl-istand tal-esebitur.
Deskrizzjoni tal-attività
Il-ħin preferut tal-ġurnata
Sussidju
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
3) ** Tip ta’ Stand u Pagament
Tip ta’ Stand A
- Tliet metri d-dahar u tliet metri l-ġenb- Għoxrin metru ta’ xkaffar li tista’ taġġustah skont ir-rekwiżiti tal-klijent- Skrivanija u kexxun jissakkar- Żewġ siġġijiet- Tabella bl-isem- Sokit ta’ dawl 13 amp- Żewġ spotlights 75 watt- Tapit- Prezz: €240
Tip ta’ Stand B
-Sitt metri d-dahar u tliet metri l-ġenb-Tmienja u għoxrin metru ta’ xkaffar li tista’ taġġustah skont ir-rekwiżiti tal-klijent-Skrivanija u kexxun jissakkar-Tliet siġġijiet-Tabella bl-isem-Żewġ sokits ta’ dawl 13 amp-Tliet spotlights 75 watt-Tapit-Prezz: €460
Tip ta’ Stand Ċ
-Disa’ metri d-dahar u tliet metri l-ġenb-Erbgħa u erbgħin metru ta’ xkaffar li tista’ taġġustah skont ir-rekwiżiti tal-klijent-Żewġ skrivaniji u kexxun jissakkar-Erba’ siġġijiet-Tabella bl-isem-Tliet sokits ta’ dawl 13 amp-Erba spotlights 75 watt-Tapit-Prezz: €700
Tip ta’ Stand D
-Tnax-il metru d-dahar u tliet metri l-ġenb-Sitta u ħamsin metru ta’ xkaffar li tista’ taġġustah skont ir-rekwiżiti tal-klijent-Tliet skrivaniji u kexxun jissakkar-Ħames siġġijiet-Tabella bl-isem-Erba’ sokits ta’ dawl 13 amp-Tmien spotlights 75 watt-Tapit-Prezz: €910
Il-pagament għall-Istands għandu jsir mal-applikazzjoni jew sas-26 ta’ Settembru.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
5) Allokazzjoni tal-Istands
Allokazzjoni tal-Istands fis-Sala Sacra Infermeria tal-MCC hija għad-diskrezzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-Kunsill kif inhu stipulat fuq il-prijorizzazjoni tal-ispazji allokati lill-parteċipanti prospettivi fis-Sala Sacra Infermeria l-allokazzjoni tal-ispazju se tkuni bbażata fuq dawn il-kriterji fl-ordni kif tidher hawn taħt:
1.L-esebitur huwa pubblikatur ta’ kotba ta’ kwalità miktuba minn awturi lokali.2.L-esebitur huwa kontributur pożittiv ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb inkluż il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.3.L-Esebitur se jorganizza attivitajiet matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.4.L-Esebitur se jieħu l-inizzjattiva li jġib awtur barrani għall-Fe.stival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 bil-ko-operazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.5.L-Esebitur jimporta u jbiegħ kotba kontemporanji ta’ kwalità.
6) Aktar Kundizzjonijiet u Regolamenti
L-ebda esebitur mhu se jitħalla jqassam fuljetti promozzjonali lill-istudenti li jattendu għall-Festival. Jekk parteċipant jinqabad jikser dan ir-regolament huwa jista’ jeħel is-somma ta’ €1,000 multa.
F’każ li parteċipant jonqos li jneħħi l-affarijiet tiegħu mis-Sala tal-Konferenzi Dar il-Mediterran sat-13 ta’ Novembru, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimponi multa fuqu li tiġi stipulata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-Parteċipant ma jistax jagħmel użu minn apparat tad-dawl li huwa aktar minn 1.2kw.
Il-Parteċipant ma jistax jagħmel użu minn kurrent ta’ dawl li jeċċedi 30A.
Il-parteċipant huwa permess li joffri xorb b’xejn wara jew matul l-attività (bħal per eżempju waqt tnedija ta’ ktieb, jew qari eċċ...) fuq l-istand tiegħu jew x’imkien ieħor fis-Sala. L-ikel offrut fis-Sala jew fuq l-Istand wara jew matul l-attività irid jiġi ordnat mingħand ‘Island Caterers’ li huma l-kuntratturi uffiċċjali tal-MCC.Esebituri jistgħu jagħmlu użu minn sistemi ta' amplifikazzjoni, u apparat elettroniku li jiġġenera l-ħoss jew strumenti mużikali li jindaqqu dak il-ħin fuq l-istands bil-permess tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Parteċipanti jew esebituri li jagħmlu użu minn apparat li jagħmel ħoss jew idoqqu l-mużika mhux bil-permess tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb skont il-programm uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jistgħu jiġu mmultati €500.
Parteċipanti li jirrapreżentaw organizzazzjonijiet b’aġenda politika jew reliġjuża ma għandhomx iqassmu materjal promozzjonali ‘l barra mill-ispazju allokat lilhom, f’kelma waħda l-istand allokat għalihom. Inħajru viżitaturi fl-ispazju komuni u barra l-entratura prinċipali huwa wkoll projbit. F’każ ta’ nuqqas ma’ din il-kundizzjoni il-parteċipant jista’ jwassal biex parteċipant ma jiġix ikkunsidrat biex jipparteċipa f’edizzjonijiet oħra tal-Festival.L-Esebituri li jiffirmaw u jissottomettu din l-applikazzjoni ikunu qed jaqblu mar-regoli u r-regolamenti stipulati hawn fuq. Kull deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hija finali u ma tistax tiġi kkontesta.
Esebituri li jiffirmaw dan il-ftehim, imma jonqsu milli jimlew l-istand tagħhom bil-kotba u/jew ma jattendux biex jieħdu ħsieb l-Istand tagħhom matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival, sakemm ma hemmx ftehim ieħor bil-miktub mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jistgħu jiġu mmultati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, id-doppju tal-kirja tal-Istand.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
L-Applikazzjonijiet jinfetħu bejn il-15 ta' Lulju 2018 u l-10 t'Awwissu 2018
L-applikazzjonijiet li jaslu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet