e-form

Reġistrazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Volontarji

B’referenza għal Artiklu: tal-liġi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap. 492 tal-Ligijiet ta’ Malta) din l-applikazzjoni ma’ tistax tiġi pproċessata jekk il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji ma’ jirċevix id-dokumenti oriġinali indikati hawn taħt iffirmati b’linka blu. Ma' kull firma mitluba irid ikun hemm l-isem tal-membru, in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tiegħu fil-kumitat.

Id-dokumenti jridu jkunu ffirmati bil-linka blu skont kif indikat hawn taħt:


Organizzazzjoni Volontarja Lokali:

1. Statut jew Att: iffirmat mill-membri kollha fuq kull paġna. L-istatut irid ikun datat u dik id-data titqies bħala d-data uffiċċjali ta' meta twieldet l-għaqda.

2. Ir-riżoluzzjoni iffirmata mill-membri kollha tal-kumitat b’linka blu u bid-data.

3. Jekk l-għaqda ġiet imwaqfa inqas minn sena ilu – Ikollna bżonn id-dikjarazzjoni li l-għaqda m’għandhiex kontijiet u prospetti annwali iffirmata b’linka blu minn membru tal-kumitat;

4. Jekk l-għaqda tkun ilha teżisti iktar minn sena, trid tibgħat il-kontijiet u prospetti annwali iffirmati bil-linka blu.

5. F’kaz li l-għaqda għandha rapprezentant lokali, ikollna bżonn l-ittra fejn il-kumitat tal-ħatra tar-rappreżentant iffirmata b’linka blu mill-membri kollha tal-kumitat u mir-rappreżentant innifsu. Dan jgħodd b’mod partikolari f’kaz li l-għaqda hija barranija

6. Jekk l-għaqda għandha post li fih tkun qed tagħmel xi attività kummerċjali ikollna bżonn wieħed minn dawn id-dokumenti:

•Dokument iffirmat bil-linka blu li jindika li l-proprjetà kummerċjali tintuża biss mill-membri tagħha; JEW•Kuntratt tal-kera tal-proprjetà kummerċjali jekk il-proprjetà kummerċjali hija miftuħa għall-pubbliku; JEW•Dokument li juri li l-entita' stabbillixiet entità legali biex tieħu ħsieb il-proprjetà kummerċjali

7. Jekk l-amministraturi jgħixu barra minn Malta ikollna bżonn dawn id-dokumenti:

a. *Kopja tal-karta tal-identità (f'każ li l-pajjiż fejn jgħixu huwa pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea); JEW
b. *Kopja tal-passaport (tgħodd kemm għall-pajjiżi membri u anke għall-pajjiżi li m'humiex membri tal-Unjoni Ewropea);
ċ. Appostile Certificate

Id-dokumenti indikati bi (*) iridu jkunu awtentikati minn Avukati li jipprattikaw hawn Malta. Id-dokumenti iridu jkunu fuq karti separati.

8. F’każ li l-għaqda hija barranija id-dokumenti indikati f'numru 5 u numru 7 huma obbligatorji.



Print Form
pageno Next Page