Formularju għall-Prospetti Annwali u Kontijiet Annwali
Isem tal-Organizzazzjoni Volontarja
Għall-għeluq tal-perjodu tat-tnax-il xahar
Numru tal-Organizzazzjoni Volontarja
Isem tal-Persuna ta' Kuntatt
Kunjom tal-Persuna ta' Kuntatt
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
Organizzazzjonijiet Barranin jew Internazzjonali
Jekk l-organizzazzjoni volontarja hija barranija jew internazzjonali, imla d-dettalji tar-rappreżentant lokali. Għandu jkun żgurat li l-indirizz li jkun mimli huwa l-indirizz tar-rappreżentant lokali f'Malta.
Numru tal-Karta tal-Identità/Passaport
Ehmeż bħala l-Appendiċi A
It-tabella organizzattiva għandha turi l-istruttura organizzattiva tal-organizzazzjonijiet volontarji iskritti. Għandu jkollha dijagramma tal-organi kollha differenti li jagħmlu l-organizzazzjoni volontarja, it-tqassim intern tal-funzjonijiet ta’ kull organu, u għandha tindika min huwa s-sid benefiċjarju finali tal-organizzazzjoni volontarja iskritta.
It-tabella għandha turi l-istruttura ta’ mmaniġjar u amministrazzjoni talorganizzazzjoni volontarja iskritta, li turi r-responsabbiltà ta’ kull bord amministrattiv u kull grupp ta’ ħidma, ir-relazzjoni bejn il-bord/ijiet amministrattiv/i u l-grupp/i ta’ ħidma, u l-ġerarkija tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni.
It-tabella organizzattiva għandha wkoll tindika min huwa responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-organizzazzjoni volontarja.
Jekk l-organizzazzjoni iskritta għandha xi ħaddiema u/jew voluntiera, dawn iddettalji għandhom wkoll jkunu mniżżla fit-tabella organizzattiva.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
Lista tal-Amministraturi Attwali
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista li trid timtela. Imliha u ehmeż bħala l-Appendiċi B.
Il-lista attwali tal-amministraturi tal-organizzazzjoni volontarja iskritta.
Id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara - l-Isem, il-Kunjom, iċ-Ċitrtadinanza, in-Numru tal-Karta tal-Identità (Numru tal-Passaport jekk l-amministratur ma jkollux Karta tal-Identità lokali), l-Indirizz Residenzjali u l-Karigi (E/g: President, Segretarju eċċ.).
Statut - Dokumenti li Jemendaw l-Istatut
Ehmeż bħala Appendiċi Ċ.
L-istatut tal-Organizzazzjoni Volontarja ġie emendat fil-perjodu li jkopri dan il-prospett annwali?
Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta’ hawn fuq hija 'Iva' jekk jogħġbok ehmeż kull dokument li jemenda l-istatut u/jew kopja ċertifikata riveduta u aġġornata tal-istatut li għandha tikkonsolida fiha t-tibdiliet kollha magħmula f’dik l-organizzazzjoni sa dik id-data.
(Tapplika biss għall-assoċjazzjonijiet)
Numru ta' membri reġistrati mal-organizzazzjoni meta sar dan il-prospett annwali.
Membri hawnhekk tirreferi għal dawk il-membri li għandhom dritt jivvutaw fil-Laqgħa Ġenerali tal-organizzazzjoni volontarja.
Lista sħiħa tal-ismijiet u l-kunjomijiet tal-membri, bl-indirizz u l-karta tal-identità għandha tinżamm mill-organizzazzjoni volontarja u tista’ tintalab mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji jew rappreżentant tiegħu fi kwalunkwe żmien.
Ehmeż ma’ dan il-prospett annwali kopja ffirmata tar-rapport annwali (magħruf ukoll bħala r-Rapport Amministrattiv jew r-Rapport tal-Attività) bħala l-Appendiċi D.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
Ehmeż ma' dan il-prospett annwali kopja ffirmata tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni volontarja bħala l-Appendiċi E skont kif indikat hawn taħt:
a) Il-kontijiet annwali mimlija li l-Kategorija 1 għandha tiġi ppreżenta lill-Kummissarju, għandha tkun fuq bażi ta' flus kontanti u għandha tkun iffirmata minn minimu ta' żewġ amministraturi.
b) Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati fil-Kategorija 2 jistgħu jagħżlu li jfasslu, jew kontijiet bażi ta' flus kontanti jew akkumulazzjoni. Jekk l-organizzazzjoni tagħżel kontijiet fuq bażi ta' flus kontanti, dawn il-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma' karta tal-bilanċ li għandha tiġi ffirmata minn minimu ta' żewġ amministraturi u ċċertifikati minn accountant.
c) Il-kontijiet ta' Organizzazzjonijiet Volontarji li jirreġistraw fil-Kategorija 3 għandhom jissottomettu lill-Kummissarju kontijiet tal-verifika miġbura taħt l-istandards internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) verifikati kif suppost minn awditur.
N.B. Il-karti tal-bilanċ għandhom jinkludu, iżda mhux limitati għal, oġġetti ġeneralment meqjusa bħala inventarju, bħala assi.
Dikjarazzjoni tal-Kontijiet għall-Ġbir Pubbliku
1. Dikjarazzjoni tal-kontijiet fir-rigward ta’ ġabra pubblika magħmula għandha ssir minn organizzazzjoni volontarja iskritta sabiex titjieb it-trasperanza fl-attivitajiet imwettqa u fl-avvenimenti organizzati mill-organizzazzjoni volontarja iskritta sabiex tagħmel ġbir pubbliku.
Kontenut u forma tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet
2. Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet debitament mimlija li organizzazzjoni volontarja iskritta għandha tippreżenta lill-Kummissarju għandu jkollha l-kontenut u tkun f’dik il-forma indikata hawn taħt.
Niżżel id-Dikjarazzjoni tal-Kontijiet minn hawn. Din id-Dikjarazzjoni trid timtela' għal kull attività imwettqa.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT
Dikjarazzjoni ta' Kompletezza u Korrezzjonijiet
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL - MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT