Formola biex tikseb Liċenzja u Awtorizzazzjoni biex tipprovdi Servizzi Postali kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ambitu tas-Servizz Universali
DIKJARAZZJONI TA’ SPJEGAZZJONI
Id-definizzjoni ta' liema servizzi postali jaqgħu fi ħdan jew barra l-ambitu tas-servizzi universali.
Bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta’ posta express, li huma kkunsidrati bħala servizzi li jaqgħu barra mill-ambitu tas-servizz universali, it-tipi l-oħra kollha ta’ servizzi postali ġeneralment jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali.
Sabiex jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ posta express, huma meħtieġa l-karatteristiċi li ġejjin:
•Huwa identifikat b'mod ċar bħala servizz ta’ posta express mill-aċċettazzjoni għall-kunsinna, u inkluż ukoll fit-Termini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz;•Jinkludi żmien ta’ konsenja garantit minn qabel;•Jinkludi trattament ta’ prijorità, rintraċċar u l-kontroll maniġerjali,•Jippermetti rintraċċar minn tarf sa tarf•Jingħata rikonoxximent bil-miktub tal-kunsinna;•Fiha karatteristiċi addizzjonali ta' valur miżjud fuq dawk li jaqgħu fl-ambitu tas-servizzi universali, inkluża l-possibbiltà ta' prezz primjum għal kwalità aħjar tas-servizz.
Jekk fornitur tas-servizz postali huwa tal-fehma li għalkemm is-servizz li jixtieq joffri mhuwiex ta' posta express, iżda xorta għandu jitqies bħala servizz li jaqa’ barra mill-ambitu tas-servizzi universali, jista' jagħti r-raġunijiet tiegħu fid-dettall lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) għall-konsiderazzjoni. Jiġu ikkunsidrati biss ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq il-parametri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-MCA, intitolata ‘Regulatory Direction on Specific Aspects of the Universal Postal Service’, datata 25 ta' Marzu 2011.
Servizzi Postali li jeħtieġu liċenzja
Skont ir-Regolamenti dwar is-Servizzi Postali (Ġenerali) (S.L.254.01), kull operatur postali li jixtieq jipprovdi servizzi postali li jaqgħu fl-ambitu tas-servizzi universali jeħtieġ liċenzja biex jipprovdi tali servizzi. Operatur postali li jixtieq jipprovdi servizzi postali li kollha jaqgħu barra mill-ambitu tas-servizz universali jeħtieġ Awtorizzazzjoni Ġenerali.
- Operatur postali li jixtieq jipprovdi servizzi postali li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali huwa meħtieġ li jimla l-formola hawn taħt.
- Operatur postali li jixtieq jipprovdi servizzi postali li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali, flimkien ma’ servizzi postali oħra li jaqgħu barra l-ambitu tas-servizz universali huwa wkoll meħtieġ li jimla l-formola hawn taħt.
- Operatur postali li jixtieq jipprovdi biss servizzi postali li jaqgħu barra mill-ambitu tas-servizz universali huwa meħtieġ li jimla formola differenti intitolata "Formola ta’ Notifika għall-Awtorizzazzjoni Ġenerali" disponibbli fuq il-websajt tal-MCA, minħabba li liċenzja mhix meħtieġa.
L-operaturi postali li jipprovdu servizzi li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali huma meħtieġa jipprovdu l-proċeduri li ġejjin lill-MCA fi żmien xahrejn mill-bidu tal-operat tagħhom:
- Proċeduri għall-protezzjoni tal-integrità tal-posta,
- Proċeduri għall-immaniġġjar tal-ilmenti u,
- Proċeduri għall-Kwalità tas-Servizz.
Huma wkoll meħtieġa li jikkonformaw ma’ obbligi ta' kontabilità separata rilevanti u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-liċenzja kif speċifikat fil-kampjun ta’ Liċenzja li jinsab fl-Anness A ta’ dan id-dokument.
Din il-formola ta' applikazzjoni fiha żewġ partijiet:
L-Ewwel Parti għandha timtela fl-intier tagħha jew bl-istampar jew b'ittri kbar jekk bil-miktub.
It-Tieni Parti hija dikjarazzjoni li teħtieġ il-firma/firem ta':
• Fil-każ ta’ individwu, il-persuna li f'isimha ssir l-applikazzjoni;
• Fil-każ ta’ soċjetà, żewġ imsieħba debitament awtorizzati;
• Fil-każ ta' kumpanija jew korp ġuridiku ieħor (entità legali), kwalunkwe żewġ diretturi jew kwalunkwe direttur flimkien mas-segretarju tal-kumpanija, li għandhom ikunu debitament awtorizzati;
• Fil-każ ta' kooperattiva jew korp ieħor, il-president u s-segretarju tal-kooperattiva, jew korp ieħor li għandu jkun debitament awtorizzat.
• Fil-każ fejn l-applikant jinsab barra l-pajjiż, l-applikazzjoni għandha tinkludi indirizz ta' kuntatt f'Malta. L-applikant għandu bħala minimu jiġi rreġistrat bħala kumpanija barranija f'Malta skond il-liġi Maltija.
Din il-formola tista' timtela elettronikament jew b'ittri kbar u tista' tintbagħat bil-posta elettronika biex tiffaċilita l-ipproċessar; madankollu l-formola tal-applikazzjoni finali għandu jkun fiha firma bl-idejn².
Żewġ kopji tal-formola mimlija għandhom jiġu sottomessi f'envelopp immarkat b'mod ċar "Applikazzjoni għal Liċenzja u Awtorizzazzjoni ta' Servizzi Postali" indirizzata lil:
The Chairman
Malta Communications Authority
Valletta Waterfront
Pinto Wharf
Floriana FRN1913
Malta
¹ http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/general authorisation postal 052012.pdf#overlay-context=authorisations-licensing/postal-authorisation-and-licensing
² Firma oriġinali bil-miktub
L-Ewwel Parti - INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANT
1. DETTALJI TAL-INTRAPRIŻA
L-isem tal-Intrapriża li tipprovdi servizzi postali barra l-ambitu tas-servizz universali:
Numru ta' reġistrazzjoni*:
Għandha timtela biss fil-każ li l-intrapriża hija inkorporata barra minn Malta:
Nru taċ-Ċertifikat OC tal-MFSA:
* Mhux applikabbli fil-każ ta' intraprenditur individwali
Indirizz reġistrat tal-intrapriża inkluż il-kodiċi postali:
2. DETTALJI TAL-PERSUNI TA' KUNTATT
Persuna ta' kuntatt primarja:
Persuna ta' kuntatt għall-Integrità tal-Posta (jekk differenti minn persuna ta' kuntatt primarja):
Persuna ta' kuntatt fil-finanzi (jekk differenti minn persuna ta' kuntatt primarja):
Persuna ta' kuntatt legali (jekk differenti minn persuna ta' kuntatt primarja):
3. DETTALJI TAL-KUNTATT DWAR ILMENTI U RIMEDJI
4. Proċeduri ta' Integrità tal-Posta
Jekk il-proċeduri kollha jew waħda minnhom, tal-Integrità tal-Posta huma stabbiliti, għandhom jiġu mehmuża ma' din il-formola.
Il-proċeduri tal-Integrità tal-Posta għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni tal-MCA intitolata " Postal Sector- Minumum Standards for protecting the integrity of mail" tat-8 ta' Ġunju 2006, li tinkludi proċeduri biex jitnaqqas ir-riskju ta' telf, serq, ħsara u interferenza fil-posta, u proċeduri li jiżguraw li d-diretturi, uffiċjali, impjegati, aġenti u sottokuntratturi jintgħażlu,jiġu
mħarrġa u evalwati.
Jekk dawn għad iridu jiġu żviluppati,għandu jiġi żgurat li dawn il-proċeduri ta' integrità tal-posta jiġu mfassla u pprovduti lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din l-awtorizzazjoni.
IT-TIENI PARTI DIKJARAZZJONI
F'isem l-applikant, jien/aħna hawnhekk niddikjaraw li:
• jekk ma tiġix sottomessa ma' din il-formola, l-applikant għandu fi żmien xahrejn mill-għoti talawtorizzazzjoni jiżviluppa u wara jimanti u jopera integrità adegwata tal-posta, trattament talilmenti u proċeduri ta' kwalità tas-servizz;
• l-applikant għandu f'kull ħin jikkonforma f'kull rispett mal-kondizzjonijiet mehmuża malliċenzja u, jew l-awtorizzazzjoni ġenerali li tista' tingħata lill-applikant hekk kif l-istess jistgħu jiġu modifikati minn żmien għal żmien;
• l-applikant għandu dejjem jikkonforma mad-direzzjonijiet legali tal-MCA u mal-obbligi fil-liġi;
• l-applikant għandu jinforma lill-MCA dwar kwalunkwe tibdil fis-servizzi postali pprovduti jew il-forniment ta' servizzi postali ġodda;
• l-informazzjoni pprovduta minni/minna f'isem l-applikant hija preċiża u kompleta fl-aspetti kollha;
• skont l-ewwel Skeda li tinsab fir-Regolamenti dwar Servizzi Postali (Ġenerali) (L.S.254.01) iddrittijiet li għandhom jitħallsu mill-operaturi postali fir-rigward ta' servizzi li huma kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ambitu tas-servizzi universali huwa ta' 1.5% fuq id-dħul minn servizzi postali fl-ambitu tas-servizz universali, jew € 5,000, liema ammont ikun l-ogħla. Dawn il-ħlasijiet għandhom jitħallsu fuq bażi annwali.
Isem sħiħ tal-Firmatarju:
Isem sħiħ tal-Firmatarju:
**applikabbli fejn l-applikant huwa kumpanija, kooperattiva jew korp ieħor korporattiv.
KLAWŻOLA TA’ PROTEZZJONI TAD-DATA
F'termini tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitlu 440 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") tipproċessa kull data personali fornuta fuq din l-applikazzjoni/formola ta' notifika jew fornuta minnek innifsek, verbalment jew bil-kitba, għal kollox jew għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
•l-ipproċessar xieraq tal-formola tal-applikazzjoni/notifika tiegħek kif sottomessa;
•għall-prevenzjoni, skoperta u/jew prosekuzzjoni ta' frodi, kwalunkwe nuqqas ta' konformità amministrattiva oħra, u kwalunkwe attività kriminali oħra li l-Awtorità hija obbligata tirrapporta u/jew taġixxi filwaqt li tissodisfa kwalunkwe obbligu legali jew regolatorju speċifiku ieħor;
•tistabbilixxi, teżerċita jew tiddefendi kwalunkwe azzjoni legali;
•immaniġġjar intern, riċerka u statistika, amministrazzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp u t-titjib tas-servizzi tal-Awtorità;
•il-kondotta xierqa tal-obbligi tagħna skont kwalunkwe liġi jew strument statutorju u l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-interessi leġittimi tagħna; u
•li tippublika l-informazzjoni neċessarja kif speċifikat fil-liġi u/jew l-istrument rilevanti.
Id-data rilevanti se tiġi żvelata jew kondiviża kif xieraq mal-impjegati kollha tagħna u ma’ terzi jekk pertinenti għall-għanijiet elenkati hawn fuq.
Bl-iffirmar ta' din il-formola, inti tikkonferma li qed tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek, skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, f’ismek u f’isem il-persuni l-oħra kollha speċifikati f'din il-formola, biex l-Awtorità tipproċessa l-informazzjoni personali tiegħek kif deskritt hawn fuq u tikkonferma li ġibt dan l-avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-attenzjoni ta’ dawn il-persuni oħra u li rċevejt il-kunsensi rispettivi tagħhom.
L-Awtorità tintrabat li timplimenta l-miżuri u salvagwardji xierqa għall-iskop tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha ipproċessata.
GĦALL-PROVVISTA TA' SERVIZZI POSTALI FI ĦDAN L-AMBITU TAS-SERVIZZI UNIVERSALI
Din il-Liċenzja qed tingħata mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni bl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha bl-Att dwar is-Servizzi Postali (Kap. 254 tal-Liġijiet ta' Malta).
Isem id-Detentur tal-Liċenzja:
Numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija
SEZZJONI A: TERMINI DEFINITI
1.1 Kwalunkwe referenza għall-"Att" f'din il-Liċenzja hija referenza għall-Att dwar is-Servizzi Postali (Kap 254 tal-Liġijiet ta’ Malta) u għal kull regolament magħmul taħt dan l-Att.
1.2 Id-disposizzjonijiet tal-artikolu 2 ta' l-Att għandhom japplikaw għal din il-Liċenzja.
1.3 F'din il-Liċenzja, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor: "L-Awtorità" tfisser l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni stabbilita taħt l-Att dwar l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (Kap 418 tal-Liġijiet ta' Malta); u
"Id-Detentur tal-Liċenzja" tfisser (Isem tad-Detentur tal-Liċenzja) (numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija ...).
1.4 F'din il-Liċenzja l-kelma "deċiżjoni" għandha jkollha t-tifsira li għandha taħt l-artikolu 2 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (Kap 418 tal-Liġijiet ta' Malta).
TAQSIMA B: GĦOTJA U KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAL-LIĊENZJA
2.1 Bis-saħħa ta' din il-Liċenzja, id-Detentur tal-Liċenzja huwa awtorizzat li jipprovdi servizzi postali fl-ambitu tas-servizzi universali kif speċifikat fl-Att, għal terminu indefinit u soġġett għat-termini u kundizzjonijiet imsemmija f'din il-Liċenzja. L-għotita' din il-Liċenzja għandu wkoll jawtorizza lid-Detentur tal-Liċenzja biex jipprovdi servizzi postali barra mill-ambitu tas-servizzi universali.
3. Sospensjoni u Terminazzjoni
3.1 L-Awtorità tista' tissospendi jew tirtira din il-Liċenzja fi kwalunkwe ħin għal ksur serju u, jew ripetut mid-Detentur tal-Liċenzja ta' xi liġijiet u, jew deċiżjonijiet.
3.2 Id-Detentur tal-Liċenzja jista' jrodd lura din il-Liċenzja fi kwalunkwe ħin billi jikkomunika l-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan bil-miktub lill-Awtorità u jagħti r-raġunijiet ghall-għoti lura tal-Liċenzja, f'liema każ il-Liċenzja ghandha tiġi kunsidrata bħala terminata biss jekk l-Awtorità tagħti kunsens għal dan bil-miktub:
Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jkun innominat bħala fornitur ta’ servizz universali, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jikkomunika l-intenzjoni tiegħu bil-miktub mill-inqas tnax (12) –il xhar qabel id-data meta id-Detentur tal-Liċenzja ikun biħsiebu li jrodd din il-Liċenzja lura lill-Awtorità.
Iżda wkoll id-Detentur tal-Liċenzja ma jistax irodd lura din il-Liċenzja fi żmien tmintax (18) –il xahar mid-data tal-għoti ta’ din il-Liċenzja.
3.3 It-terminazzjoni ta' din il-Liċenzja għandha sseħħ mal-aktar kmieni minn:
(a) deċiżjoni tal-Awtorità li tirtira l-Liċenzja skont il-leġiżlazzjoni applikabbli; jew
(b) l-għoti lura tal-Liċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja lill-Awtorità, sakemm l-Awtorità tagħti l-kunsens bil-miktub għal dan it-trasferiment kif provdut f'din il-Liċenzja; jew
(c) l-insolvenza, il-likwidazzjoni jew il-falliment tad-Detentur tal-Liċenzja; jew
(d) l-istralċ jew ix-xoljiment tad-Detentur tal-Liċenzja.
3.4 Din il-Liċenzja għandha tieqaf milli jkollha effett mas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha:
Iżda meta d-Detentur tal-Liċenzja jixtieq jipprovdi, jew ikompli jipprovdi servizzi postali li jkunu barra mill-iskop tas-servizzi universali, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tiegħu biex jipprovdi dawk is-servizzi skond l-Att.
Iżda wkoll meta l-Liċenzja tkun ġiet sospiża mill-Awtorità, din il-Liċenzja terġa' issir effettiva mid-data meta l-Awtorità tirrevoka s-sospensjoni.
3.5 Is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ din il-Liċenzja m'għandhiex titqies bħala rinunzja jew ħelsien minn xi obbligu tad-Detentur tal-Liċenzja, kif applikabbli, li jkun seħħ qabel tali terminazzjoni jew sospensjoni.
4. Drittijiet tal-Awtorità
4.1 L-Awtorità tista’ iżżid ma', jew temenda kwalunkwe mit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din il-Liċenzja meta dawn iż-żidiet jew emendi huma meħtieġa bħala riżultat ta' kwalunkwe obbligi internazzjonali li daħlu għalihom l-Awtorità jew il-Gvern ta’ Malta, jew mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mal-Att:
Iżda l-Awtorità m'għandhiex tinżamm responsabbli bl-ebda mod għad-danni sofferti jew l-ispejjeż imġarrba mid-Detentur tal-Liċenzja bħala riżultat ta 'xi emenda tat-termini jew kundizzjonijiet ta' din il-Liċenzja:
Iżda wkoll l-Awtorità għandha tinforma lid-Detentur tal-Liċenzja bil-quddiem dwar kull żieda jew emendi tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din il-Liċenzja. Meta tagħmel dan, l-Awtorità għandha tagħti lid-Detentur tal-Liċenzja l-opportunità biex jissottometti il-fehmiet tiegħu f’tali żmien li l-Awtorità tista’ tikkunsidra xieraq fiċ-ċirkostanzi. L-Awtorità, f’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tagħti ħin raġonevoli għall-implementazzjoni taż-żidiet relevanti u, jew emendi għat-termini jew kundizzjonijiet mid-Detentur tal-Liċenzja.
5. Waqfien min-Negozju bħala Operatur Postali
5.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jistabbilixxi, u f'kull ħin matul it-terminu ta' din il-Liċenzja, iżomm l-arranġamenti kollha meħtieġa li jiżguraw li jekk jieqaf milli jwettaq negozju bħala operatur postali, oġġetti postali fil-kura tiegħu fil-waqt ta' tali waqfien għandhom jiġu kkonsenjati lid-destinatarji.
5.2 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinnotifika immedjatament lill-Awtorità bil-miktub jekk għal kwalunkwe raġuni jieqaf milli jipprovdi servizzi postali, inkluż mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak li ntqal hawn fuq:
(a) qabel il-preżentazzjoni ta' tweġiba li tammetti l-allegazzjonijiet ta' talba minn xi kreditur għal dikjarazzjoni ta' falliment;
(b) qabel l-istituzzjoni ta' proċeduri ta' xoljiment jew ta' likwidazzjoni fir-rigward tan-negozju tagħha;
(c) qabel l-approvazzjoni ta' talba għax-xoljiment jew likwidazzjoni tad-Detentur tal-Liċenzja jew li twettaq pjan jew arranġament ieħor mal-kredituri tad-Detentur tal-Liċenzja li jistgħu jaffettwaw l-operat ta' servizzi postali taħt din il-Liċenzja;
(d) meta jkun suġġett għal mandat eżekuttiv ta' sekwestru jew ta' ordni ta' sekwestru jew proċess simili ieħor li jista' jaffettwa materjalment il-provvista ta' servizzi postali; jew
(e) meta jseħħ kwalunkwe avveniment li raġonevolment jista' jwassal għal esklużjoni jew għall-bejgħ ġudizzjarju ta' parti sostanzjali tal-assi tad-Detentur tal-Liċenzja.
6. Applikabilità ta' Liġijiet, Deċiżjonijiet tal-Awtorità, eċċ
6.1 L-Att, il-liġijiet nazzjonali kollha, id-deċiżjonijiet kollha tal-Awtorità u l-Liġi tal-Unjoni Ewropea applikabbli għandhom japplikaw għad-Detentur tal-Liċenzja għall-finijiet kollha u għandhom jiffurmaw parti integrali minn din il-Liċenzja ħlief f'dawk il-każijiet fejn id-Detentur tal-Liċenzja huwa speċifikament eżentat mill-Awtorità.
6.2 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' din il-Liċenzja, kif ukoll kwalunkwe obbligu jew rekwiżit applikabbli, kif deskritt, li joħorġu mil-liġijiet u d-deciżjonijiet imsemmija fis-subartikolu 6.1 ta' din il-Liċenzja:
Xejn f'din il-Liċenzja m'għandu jeżenta lid-Detentur tal-Liċenzja mill-obbligu li jikseb għas-spejjeż tiegħu kwalunkwe permess, liċenzja jew approvazzjoni jew awtorizzazzjoni oħra, ikun xi jkun il-mod kif deskritt, li jista' jkun meħtieġ biex huwa jwettaq, jopera u jżomm is-servizzi postali jew kwalunkwe parti minnhom, jew mill-obbligu tad-Detentur tal-Liċenzja li jikkonforma ma' xi kundizzjoni ta' xi permess,liċenzja,approvazzjoni jew awtorizzazzjoni oħra hekk kif deskritti
Id-Detentur tal-Liċenzja għandu wkoll jkun responsabbli biss għall-ispejjeż kollha u impenji oħra, ikunu xi jkunu l-modi kif deskritti, sew jekk finanzjarji sew jekk le, dwar il-Liċenzja u l-implimentazzjoni tagħha, u l-Awtorità m'għandhiex tkun responsabbli għal tali spejjeż jew impenji jkunu xi jkunu.
6.3 Xejn f'din il-Liċenzja m'għandu jiġi interpretat bħala li jxolji jew jirrilaxxa lid-Detentur tal-Liċenzja minn kwalunkwe obbligu, jew li jillimita s-setgħa tal-Awtorità li temenda din il-Liċenzja jew li timponi kundizzjonijiet ulterjuri fuq id-Detentur tal-Liċenzja.
7.1 Jekk xi terminu jew kundizzjoni ta' din il-Liċenzja jkunu iddeterminati bħala illegali jew invalidi minn xi qorti jew tribunal, hekk kif deskritt, dik id-determinazzjoni m'għandhiex ikollha effett fuq il-validità ta' xi partijiet oħra ta' din il-Liċenzja, liema partijiet għandhom jibqgħu fis-seħħ u effett għat-terminu tal-Liċenzja jew xi emenda tiegħu.
8. Trasferiment tal-Liċenzja
8.1 Din il-Liċenzja ma tistax tiġi trasferita jew assenjata mid-Detentur tal-Liċenzja lil persuna oħra mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tal-Awtorità u skont id-disposizzjonijiet tal-Att. Id-deċiżjoni tal-Awtorità f'dan ir-rigward għandha tkun ikkomunikata bil-miktub u l-Awtorità għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Tali deċiżjoni m'għandhiex tkun miżmuma jew imdewma b'mod mhux raġonevoli.
8.2 Bidla fil-kontroll tal-proprjetà jew l-immaniġġjar tad-Detentur tal-Liċenzja għandha tkun ekwivalenti għat-trasferiment tal-Liċenzja, u għandha tkun soġġetta għal kunsens minn qabel bil-miktub tal-Awtorità kif intqal qabel, li m'għandux jiġi miżmum jew imdewwem b'mod mhux raġonevoli.
9.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jħallas kull tariffa tal-Liċenzja kif deskritta skont id-dispożizzjonijiet ta' l-Att.
10. Nuqqas ta' Konformità
10.1 Jekk l-Awtorità jkollha raġuni biex temmen li d-Detentur tal-Liċenzja mhux qed jikkonforma mat-termini jew kundizzjonijiet ta' din il-Liċenzja, l-Awtorità tista' tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa kif awtorizzata skont il-liġi.
TAQSIMA Ċ: SERVIZZI PROVDUTI U KUNDIZZJONIJIET RELATATI
11. Provvista ta' Servizz u Immaniġġjar ta' Ilmenti
11.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jiġbor, iwassal u jagħti oġġetti postali skont il-prezzijiet u t-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi standards ta' kwalità ta' servizz, kif definit mid-Detentur tal-Liċenzja jew kif miftiehem ma' klijenti individwali.
11.2 Fi żmien xahrejn (2) mill-għoti ta' din il-Liċenzja, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jistabbilixxi u jopera sistemi adegwati għal:
(a) Il-kejl u r-reġistrazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu fil-kisba tal-kwalità tal-istandards tas-servizz kif definiti mid-Detentur tal-Liċenzja jew kif miftiehem mal-klijenti individwali tiegħu; u
(b) Ir-reġistrazzjoni, l-analiżi u r-rispons għall-ilmenti fir-rigward tas-servizzi postali pprovduti mid-Detentur tal-Liċenzja b'mod ġenerali.
11.3 Mal-għoti ta' din il-Liċenzja, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jissottometti lill-Awtorità l-proċeduri tiegħu biex jittratta lmenti dwar is-servizzi postali kollha li jipprovdi. L-Awtorità għandha tivverifika li l-proċeduri jirriflettu u jikkonformaw mar-rekwiżiti legali kollha kif previst fil-liġijiet u d-deċiżjonijiet li tinforza. Il-proċeduri għandhom:
(a) ikunu trasparenti, sempliċi, irħas u fil-pront;
(b) ikopru b'mod partikolari ilmenti li jinvolvu telf, serq, ħsara jew nuqqas ta' konformità ma' standards ta' kwalità ta' servizz
(c) jidentifikaw fejn tinsab ir-responsabbiltà jekk ikun hemm aktar minn operatur postali wieħed involut;
(d) jinkludu rimborż xieraq u sistemi ta' kumpens; u
(e) jippubblikaw informazzjoni aġġornata dwar proċeduri ta' trattament ta' lmenti u dettalji ta' kuntatt biex tressaq ilmenti mad-Detentur tal-Liċenzja b'mod li jista' jiġi determinat mill-Awtorità.
11.4 L-Awtorità tista' titlob lid-Detentur tal-Liċenzja biex jemenda l-proċeduri tiegħu biex jiżgura li l-kundizzjonijiet imsemmija fis-subartikoli
11.2 u 11.3 ta' din il-Liċenzja jkunu sodisfatti.
11.5 Meta utent ma jkunx sodisfatt bil-mod kif id-Detentur tal-Liċenzja jkun ittratta l-ilment tiegħu, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jiżgura li l-utent ikun infurmat li jista' jirreferi l-ilment lill-Awtorità għal investigazzjoni.
11.6 Jekk fl-opinjoni tal-Awtorità, in-numru jew in-natura tal-ilmenti riferuti lill-Awtorità jindikaw, jew jekk l-Awtorità ssir taf b'xi mod ieħor, li l-proċeduri li jittrattaw ilmenti tad-Detentur tal-Liċenzja mhumiex adegwati, l-Awtorità tista' titlob li dawn il-proċeduri jiġu riveduti u mtejba.
11.7 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jippubblika d-dettalji ta' kuntatt tiegħu dwar l-ilmenti u r-rimedji b'mod li jista' jiġi determinat mill-Awtorità.
12. Provvista ta' Informazzjoni
12.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi fil-ħin, kwalunkwe informazzjoni li l-Awtorità tista' teħtieġ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha:
l-Awtorità tista' wkoll tispeċifika l-forma li fiha teħtieġ dik l-informazzjoni.
13. Protezzjoni tal-Integrità tal-Posta
13.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jistabbilixxi u japplika proċeduri adegwati ta' integrità tal-posta: Fi żmien xahrejn mill-għoti ta' din il-liċenzja, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jippreżenta lill-Awtorità l-proċeduri proposti dwar l-integrità tal-posta, liema proċeduri għandhom jitfasslu skont kwalunkwe deċiżjoni tal-Awtorità:
l-Awtorità għandha wkoll tivverifika li l-proċeduri jirriflettu u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha kif provdut fil-liġijiet u d-deċiżjonijiet li hija tinforza.
13.2 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jistabbilixxi u japplika proċeduri adegwati ta' integrità tal-posta għall-fini ta':
(a) Tnaqqis fl-esponiment ta' oġġetti postali mwassla mid-Detentur tal-Liċenzja għar-riskju ta' telf, serq, ħsara jew interferenza;
(b) Tnaqqis fir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-Att u, jew kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward ta' oġġetti postali mwassla mid-Detentur tal-Liċenzja; u
(c) Titjib fil-prestazzjoni tad-Detentur tal-Liċenzja fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b).
13.3 Il-proċeduri tal-integrità tal-posta tad-Detentur tal-Liċenzja għandhom jinkludu dan li ġej:
(a) L-għażla, l-ivvettjar, it-taħriġ, għoti ta' inċentivi u d-dixxiplina tal-persunal tagħha, aġenti, sottokuntratturi, diretturi u uffiċjali hekk kif deskritti;
(b) Is-sigurtà tal-bini u l-vetturi tagħha;
(c) L-evitar, l-identifikazzjoni u t-teħid ta' azzjoni fir-rigward ta' reati taħt l-Att fir-rigward ta' oġġetti postali mwassla mid-Detentur tal-Liċenzja;
(d) Il-ġbir u l-analiżi tal-istatistika dwar il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fis-subartikolu 13.2 ta' din il-Liċenzja;u
(e) Kull miżura oħra li l-Awtorità tista' tqis meħtieġa.
13.4 L-Awtorità tista' titlob lid-Detentur tal-Liċenzja biex jemenda l-proċeduri tiegħu biex jiżgura li l-materji imsemmija fis-subartikolu 13.3 ta' din il-Liċenzja jkunu provduti.
13.5 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu juża l-isforzi raġonevoli kollha f’kull ħin biex japplika l-proċeduri tiegħu għall-protezzjoni tal-integrità tal-posta.
13.6 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jippermetti lill-Awtorità biex tispezzjona l-materji kollha relatati mal-proċeduri stabbiliti taħt is-subartikoli 13.2 u 13.3 ta' din il-Liċenzja u kwalunkwe faċilità fiżika relatata.
13.7 L-Awtorità tista' tirrevedi l-proċeduri tal-integrità tal-posta tad-Detentur tal-Lićenzja, u d-Detentur tal-Lićenzja ghandu jikkopera fit-twettiq ta' kwalunkwe reviżjoni bhal din.
14.1 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm rekords ta' kontabilità u rekords finanzjarji annwali verifikati indipendentement għal kull wieħed mill-gruppi ta' servizzi speċifikati fis-subartikolu 14.2 f'din il-Liċenzja.
14.2 Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm rekords ta' kontabilità u rekords finanzjarji annwali verifikati indipendentement għal kull wieħed mill-gruppi ta' servizzi speċifikati fis-subartikolu 14.2 f'din il-Liċenzja.
(a) servizzi postali li huma fl-ambitu tas-servizzi universali, skont din il-Liċenzja
(b) kull servizz postali ieħor li jinkludi t-twassil ta' oġġetti postali, inklużi s-servizzi postali kollha li huma barra l-iskop tas-servizzi universali; u
(c) kwalunkwe servizz jew attività li ma tinkludix it-twassil ta' oġġetti postali.
14.3 Is-sistemi ta' kontabilità għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jippermettu lill-Awtorità tiddetermina l-valur tal-bejgħ fir-rigward ta' servizzi postali li huma fl-ambitu tas-servizzi universali u kwalunkwe servizz postali barra minn dan l-ambitu.
15. Provvista ta' Servizzi Universali
15.1 Id-Detentur tal-Liċenzja jista' jiġi nnominat bħala fornitur ta' servizz universali b'obbligu li jipprovdi s-servizz universali jew partijiet minnu, kif determinat fin-nomina tiegħu bħala fornitur ta' servizz universali u kif jista' jiġi deċiż mill-Awtorità minn żmien għal żmien skont l-Att:
Meta d-Detentur tal-Liċenzja jkun hekk maħtur, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi s-servizz universali skond l-obbligi imposti fuqu minn jew taħt l-Att u, jew xi deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità.