Formola ta' Notifika għal Awtorizzazzjoni Ġenerali biex tipprovdi biss Servizzi Postali barra mill-ambitu tas-Servizz Universali.
Dikjarazzjoni ta' Spjegazzjoni
Id-definizzjoni ta' liema servizzi postali jaqgħu fi ħdan jew barra l-ambitu tas- servizzi universali
Is-servizzi ta' posta ‘express’ huma kkunsidrati bħala servizzi postali li jaqgħu barra mill-ambitu tas-servizz universali, filwaqt li t-tipi l-oħra kollha ta' servizzi postali huma ġeneralment ikkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali.
Sabiex jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ posta ‘express’, huma meħtieġa l-karatteristiċi li ġejjin:
•Jekk joriġina minn mittent f'Malta u maħsub għall-kunsinna lil destinatarju f'Malta, huwa meħtieġ li jseħħ fi żmien 24 siegħa;
•Jekk joriġina minn mittent barra minn Malta u maħsub għall-kunsinna lil destinatarju f'Malta, huwa meħtieġ li jseħħ fi żmien 24 siegħa minn meta jasal l-oġġett postali f'Malta;
•Huwa identifikat b'mod ċar bħala servizz ta’posta ‘express’ mill-aċċettazzjoni għall-kunsinna, u inkluż ukoll fit-Termini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz;
•Jinkludi żmien ta’ konsenja garantit minn qabel;
•Jinkludi trattament ta' prijorità, rintraċċar u kontroll maniġerjali
•Jippermetti rintraċċar minn tarf sa tarf;
•Jingħata rikonoxximent bil-miktub tal-kunsinna;
•Fih karatteristiċi addizzjonali ta' valur miżjud fuq dawk li jaqgħu fl-ambitu tas servizzi universali, inkluża l-possibbiltà ta' prezz primjum għal kwalità aħjar tas servizz.
Jekk fornitur tas-servizz postali huwa tal-fehma li għalkemm is-servizz li jixtieq joffri m’huwiex ta' posta ‘express’, iżda xorta għandhu jitqies bħala servizz li jaqa’ barra mill-ambitu tas-servizzi universali, jista' jagħti r-raġunijiet tiegħu fid-dettall lill-Awtorità ta 'Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) għall-konsiderazzjoni. Jiġu ikkunsidrati biss ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq il-parametri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-MCA, intitolata "Regulatory Direction on Specific Aspects of the Universal Postal Service", data ta 25 ta' Marzu 2011.
Malta Communications Authority
Valletta Waterfront, Pinto Wharf,
Floriana FRN 1913, Malta, Europe.
Tel: (356) 21 336 840. Fax: (356) 21 336 846
website: www.mca.org.mt
e-mail: info@mca.org.mt
Din il-formola ta' applikazzjoni fiha żewġ partijiet:
L-Ewwel Parti għandha timtela fl-intier tagħha jew bl-istampar jew b'ittri kbar jekk bil-miktub.
It-Tieni Parti hija dikjarazzjoni li teħtieġ il-firma/firem ta':
•Fil-każ ta' individwu, il-persuna li f'isimha ssir l-applikazzjoni;
•Fil-każ ta’ soċjetà, żewġ imsieħba debitament awtorizzati;
•Fil-każ ta' kumpanija jew korp ġuridiku ieħor (entità legali), kwalunkwe żewġ diretturi jew kwalunkwe direttur flimkien mas-segretarju tal-kumpanija, li għandhom ikunu debitament awtorizzati;
•Fil-każ ta' kooperattiva jew korp ieħor, il-president u s-segretarju tal-kooperattiva, jew korp ieħor li għandu jkun debitament awtorizzat.
•Fil-każ fejn l-applikant jinsab barra l-pajjiż, l-applikazzjoni għandha tinkludi indirizz ta' kuntatt f'Malta. L-applikant għandu bħala minimu jiġi rreġistrat bħala kumpanija barranija f'Malta skont il-liġi Maltija.
Din il-formola tista' timtela elettronikament jew b'ittri kbar u tista' tintbagħat bil-posta elettronika biex tiffaċilita l-ipproċessar; madankollu l-formola tal-applikazzjoni finali għandu jkun fiha firma bl-idejn¹.
Żewġ kopji tal-formola mimlija, flimkien ma’ kopja oriġinali tal-Memorandum u Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-kumpanija applikanti (fejn applikabbli) u kopja tal-karta tal-identità/passaport fil-każ ta' individwu għandhom jiġu sottomessi f'envelopp immarkat b'mod ċar "Notifika għal Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Servizz Postali” indirizzata lil:
The Chief of Operations
Malta Communications Authority
Valletta Waterfront
Pinto Wharf
Floriana FRN1913
Malta
Skont ir-Regolament 48 (3) tar-Regolamenti tas-Servizzi Postali (Ġenerali), minn meta l-Awtorità tirċievi formola ta' Notifika mimlija kif suppost, il-persuna kkonċernata titqies li hija awtorizzati biex tipprovdi dawk is-servizzi postali barra l-ambitu tas-servizz universali, kif indikat fl-istess notifikazzjoni soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali determinati b’direttiva ta' l-Awtorità.
L-intrapriżi awtorizzati huma meħtieġa, skond ir-regolament 48 (4) tar-Regolamenti, li jinnotifikaw lill-Awtorità bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni provduta f'din in-Notifika fi żmien erbatax-il jum minn dik il-bidla fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta.
L-intrapriża ta' servizz postali awtorizzata ġdida hija meħtieġa li tiġi inkluża mill-Awtorità fir-Reġistru ta' Intrapriżi Awtorizzati skond ir-regolament 50 tar-Regolamenti.
WAQFIEN TAL-OPERAZZJONIJIET
Kull intrapriża li tipprovdi servizzi postali barra mill-ambitu tas-servizz universali u li għandha l-intenzjoni li twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha u tirtira n-notifika tagħha, hija meħtieġa li tinnotifika lill-Awtorità bil-miktub mill-inqas erbatax -il jum qabel il-waqfien ta' tali attivitajiet.
¹ an original written signature
L-Ewwel Parti - INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANT
1. DETTALJI TA 'L-INTRAPRIŻA
L-isem tal-Intrapriża li tipprovdi servizzi postali barra l-ambitu tas-servizz universali:
Numru ta' reġistrazzjoni*:
Għandha timtela biss fil-każ li l-intrapriża hija inkorporata barra minn Malta:
Nru taċ-Ċertifikat OC tal-MFSA :
Indirizz Reġistrat tal-intrapriża inkluż il-kodiċi postali:
2. DETTALJI TAL-PERSUNI TA' KUNTATT
Persuna ta' kuntatt primarja:
Persuna responsabbli għall-finanzi (jekk differenti minn persuna ta' kuntatt primarja):
Persuna responsabbli għall-affarijiet legali (jekk differenti minn persuna ta' kuntatt primarja):
3. DETTALJI TAL-KUNTATT DWAR ILMENTI U RIMEDJI
4. Proċeduri ta' Integrità tal-Posta
Jekk il-proċeduri kollha jew waħda minnhom,tal-Integrità tal-Posta huma stabbiliti, ghandhom jigu mehmuża ma' din il-formola.
Il-proċeduri tal-Integrità tal-Posta għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni tal-MCA intitolata " Postal Sector- Minumum Standards for protecting the integrity of mail" tat-8 ta' Ġunju 2006,li tinkludi proċeduri biex jitnaqqas ir-riskju ta' telf, serq, ħsara u interferenza fil-posta,u proċeduri li jiżguraw li d-diretturi, uffiċjali, impjegati, aġenti u sottokuntratturi jintgħażlu, jiġu mħarrġa u evalwati.
Jekk dawn għad iridu jiġu żviluppati,għandu jiġi żgurat li dawn il-proċeduri ta' integrità tal-posta jiġu mfassla u pprovduti lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din l-awtorizzazjoni.
Persuna responsabbli għall-Integrità tal-Posta:
L-Ewwel Parti - INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANT (tkompli)
5. DETTALJI TA' SERVIZZI LI SER JIĠU PPROVDUTI
Jekk jogħġbok indika s-servizzi postali kollha barra l-ambitu tas-Servizz Universali li ser jiġu pprovduti hawn taħt u indika l-kopertura ġeografika għal kull servizz kif xieraq - uża folji addizzjonali jekk meħtieġ.
Deskrizzjoni tas-Servizzi kollha:
Servizzi ta' Posta 'Express' - Malta (inklużi Għawdex u Kemmuna):
Servizzi ta' Posta 'Express' - Transkonfinali:
Servizzi oħra barra l-ambitu tas-Servizz Universali:
Jekk jogħġbok iddettalja kwalunkwe servizz li mhux ipprovdut lil u minn postijiet partikolari jew mhux ipprovdut bl-istess termini f'Malta.
L-intrapriżi huma meħtieġa bil-liġi li jinnotifikaw lill-MCA bi kwalunkwe tibdil jew b'attivitajiet ġodda għall-informazzjoni kollha ta' hawn fuq fi żmien erbatax-il jum qabel il-bidu tal-attività rilevanti.
IT-TIENI PARTI DIKJARAZZJONI
F'isem l-applikant, jien / aħna hawnhekk niddikjaraw li:
•Is-servizzi pprovduti jaqgħu kompletament barra l-ambitu tas-Servizz Universali skond id-Deċiżjoni tal-MCA intitolata 'Regulatory Direction on Specific Aspects of the Universal Postal Service' tal-25 ta' Marzu 2011;
• l-applikant għandu jiżviluppa fi żmien xahrejn mid-data tal-bidu tal-attività rilevanti u wara dan iżomm u jħaddem proċeduri adegwati ta' integrità tal-posta
• l-applikant għandu f'kull ħin jikkonforma f'kull rispett mal-kondizzjonijiet mehmuża ma' kull awtorizzazjoni li li tista' tingħata lill-applikant hekk kif l-istess jistgħu jiġu modifikati minn żmien għal żmien;
• l-applikant għandu dejjem jikkonforma mad-direzzjonijiet legali tal-MCA u mal-obbligi fil-liġi; u
• l-informazzjoni pprovduta minni/minna f'isem l-applikant hija preċiża u kompleta fl-aspetti kollha;
L-intrapriżi li jinnotifikaw għandhom jirreferu għad-dokument fil-'link':http://www.mca.org.mt/sites/default/files/attachments/decisions/2012/dn-postal-usomar.pdf
Isem (ismijiet) sħiħ tal-Firmatarju (i)
Numru tal-Karta tal-Identità
Isem (ismijiet) sħiħ tal-Firmatarju (ii)
Numru tal-Karta tal-Identità
**applikabbli fejn l-applikant huwa kumpanija, kooperattiva jew korp ġuridiku ieħor
KLAWŻOLA TA' PROTEZZJONI TAD-DATA
F'termini tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") tipproċessa kull data personali fornuta fuq din l-applikazzjoni / formola ta' notifika jew fornuta minnek innifsek, verbalment jew bil-kitba, għal kollox jew għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
- l-ipproċessar xieraq tal-formola tal-applikazzjoni/notifika tiegħek kif sottomessa;
- għall-prevenzjoni, skoperta u/jew prosekuzzjoni ta' frodi, kwalunkwe nuqqas ta' konformità amministrattiva oħra, u kwalunkwe attività kriminali oħra li l-Awtorità hija obbligata tirrapporta u/jew taġixxi filwaqt li tissodisfa kwalunkwe obbligu legali jew regolatorju speċifiku ieħor;
- tistabbilixxi, teżerċita jew tiddefendi kwalunkwe azzjoni legali
- immaniġġjar intern, riċerka u statistika, amministrazzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp u t-titjib tas-servizzi tal-Awtorità;
- il-kondotta xierqa tal-obbligi tagħna skont kwalunkwe liġi jew strument statutorju u l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-interessi leġittimi tagħna; u
- li tippublika l-informazzjoni neċċessarja if speċifikat fil-liġi u / jew l-istrument rilevanti.
Id-data rilevanti se tiġi żvelata jew kondiviża kif xieraq mal-impjegati kollha tagħna u ma’ terzi jekk pertinenti għall-għanijiet elenkati hawn fuq.
Bl-iffirmar ta' din il-formola, inti tikkonferma li qed tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek, skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, f’ismek u f’isem il-persuni l-oħra kollha speċifikati f'din il-formola, biex l-Awtorità tipproċessa l-informazzjoni personali tiegħek kif deskritt hawn fuq u tikkonferma li ġibt dan l-avviż dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-attenzjoni ta’ dawn il-persuni oħra u li rċevejt il-kunsensi rispettivi tagħhom.
L-Awtorità tintrabat li timplimenta l-miżuri u salvagwardji xierqa għall-iskop tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha ipproċessata.