Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali biex tipprovdi Networks u / jew Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi
Formoli ta' Notifika u Informazzjoni
1. Informazzjoni Ġenerali dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Kummerċjali u Formola ta' Notifika......................2
1.1 Formola ta' Notifika minn Provdituri Ġodda............................................................................................................................ 2
1.2 Notifika ta' Tmiem, Aġġornamenti jew Bidliet minn Provdituri Eżistenti ................................................................. 2
1.3 Nota Importanti .................................................................................................................................................................................... 2
1.4 Metodu biex tissottometti kwalunkwe Notifika.................................................................................................................... 3
1.5 Reġistru tal-Intrapriżi awtorizzat li jipprovdi networks/servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ........... 3
1.6 Drittijiet u Obbligi marbuta mal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali...................................................................3
FORMOLA A(I): Formola ta’ Notifika minn Provdituri Ġodda - Dettalji..................................................................................4
FORMOLA A(II): Formola ta' Notifika minn Provdituri Ġodda - Deskrizzjoni tan-Network u/jew Servizz..............5
FORMOLA A(III): Formola ta’ Notifika minn Provdituri Ġodda - Dikjarazzjoni ..................................................................6
2 Notifika ta' Aġġornamenti, Tibdil jew Tneħħija minn Provdituri Eżistenti .....................................................................7
2.1 Aġġornamenti u bidliet fil-Formola ta’ Notifika....................................................................................................................7
2.2 Waqfien tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali ..........................................................................................................8
FORMOLA B: Waqfien tal-Awtorizzazjoni Ġenerali Kummerċjali ...........................................................................................9
FORMOLA C(I): Aġġornament/tibdil fid-dettalji tal-intrapriża notifikanti .......................................................................10
FORM C(II): Aġġornament/tibdil għan-network u/jew id-deskrizzjonijiet tas-servizzi ...............................................11
3 Informazzjoni Addizzjonali ....................................................................................................................................................................12
4 Klawżola dwar il-protezzjoni tad-Data...........................................................................................................................................13
ANNESS 1 ........................................................................................................................................................................................................14
Malta Communications Authority
Valletta Water Front, Pinto Wharf,
Floriana FRN 1913, Malta, Europe.
Tel: (356) 21 336 840. Fax: (356) 21 336 846
website: www.mca.org.mt e-mail: info@mca.org.mt
Informazzjoni Ġenerali dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Kummerċjali u Formola ta' Notifika
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att biex jirregola komunikazzjonijiet elettroniċi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Att") u r-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali) (minn hawn 'il quddiem imsejjħin "Regolamenti"), Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali hija meħtieġa għall-forniment ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u, jew servizzi. Il-kategoriji rispettivi ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali jinkludu l-istabbiliment u t-tħaddim ta':
a. Networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi;
b. Servizzi tat-telefown disponibbli għall-pubbliku;
c. Servizzi ta’ distribuzzjoni tat-televiżjoni u radju;
d. Servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi oħra disponibbli għall-pubbliku;
e. Servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mhux pubbliċi;
f. Direttorji tat-telefown u servizzi ta’ tfittxija fid-direttorju disponibbli għall-pubbliku;
g. Networks ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi Privati u, jew Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi Privati.
Formola ta' Notifika minn Provdituri Ġodda
Kull intrapriża li jkollha l-intenzjoni li tipprovdi xi wieħed mis-servizzi msemmija hawn fuq hija meħtieġa li tinnotifika lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni billi timla l-Formola A misjuba fit-Taqsima 1 ta' dan id-dokument fl-intier tagħha.
Intrapriża li jkollha l-ħsieb li tissottometti notifika għal awtorizzazzjoni ġenerali kummerċjali hija mħeġġa biex tikkuntattja lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni minn qabel sabiex tiffaċilita l-proċess u tikseb gwida fejn xieraq.
Notifika ta' Tmiem, Aġġornamenti jew Bidliet minn Provdituri Eżistenti.
Kull intrapriża li tipprovdi servizzi/networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi hija wkoll meħtieġa li tinnotifika lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni b'kull waqfien, aġġornament jew bidla fl-informazzjoni pprovduta billi timla FORMOLA B fil-każ ta' waqfien, u FORMOLA C(i) u/jew FORMOLA C(ii) għal aġġornamenti jew bidliet kif speċifikat f’Taqsima 2 ta' dan id-dokument.
Meta intrapriża jew persuna notifikata tkun tixtieq taġġorna jew tibdel il-kontenut tal-Formola ta' Notifika, jew tagħżel li tirtira l-awtorizzazzjoni ġenerali kummerċjali, hija obbligata li tissodisfa mal-kundizzjonijiet li jinsabu f’Taqsima 2 ta' dan id-dokument li hija ddedikata biss għal dawn l-eventwalitajiet.
Taqsima 2 tinkludi wkoll il-proċedura li hija meħtieġa meta sseħħ bidla fil-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni fir-rigward tal-ishma jew is-sjieda ta' intrapriża notifikata.
Avviż importanti dwar rekwiżiti addizzjonali
Awtorizzazzjoni ġenerali kummerċjali ma tintitolax b'mod awtomatiku lil xi intrapriża u ma teżentahiex mill-obbligu li tikseb u/jew tinnotifika u tikkonforma ma' xi permess, liċenzja, dritt ta' użu jew awtorizzazzjoni oħra ġenerali fir-rigward ta’ riżorsi ta' numerazzjoni, tagħmir jew radio spectrum, u/jew approvazzjoni oħra jew awtorizzazzjoni hekk kif deskritta, li tista' tkun meħtieġa mil-liġi biex tibni, tħaddem u żżomm in-network u, jew is-servizzi.
Meta l-persuna li tagħmel in-notifika tinsab barra l-pajjiż, in-notifika għandha tinkludi indirizz għan-notifika ta' avviż f'Malta u l-intrapriża li tinnotifika għandha, bħala minimu, tiġi rreġistrata bħala kumpanija barranija skont il-Liġi Maltija.
Metodu biex tissottometti kwalunkwe Notifika
Formoli tan-notifika oriġinali u mimlija kif dovut għandhom jiġu sottomessi lill-Awtorità f'envelopp immarkat b'mod ċar "Notifika għal Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali" bl-idejn jew bil-posta rreġistrata indirizzata lil
The Chief of Operations
Malta Communications Authority
Valletta Waterfront
Pinto Wharf
Floriana FRN 1913
Malta
Għandu jiġi ppreżentat ukoll Memorandum u Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-kumpanija mill-Provdituri tas-Servizz ġodda kollha. Dan għandu jiġi sottomess ukoll minn Provdituri ta’ Servizz eżistenti meta jinnotifikaw bidliet fir-rigward ta' sjieda jew firmatarji.
Dawn il-formoli jistgħu jimtlew ukoll b'mod elettroniku biex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar, billi jimtlew l-oqsma meħtieġa, u jintbagħtu lil authorisations@mca.org.mt. Madankollu n-notifika formali tkun rikonoxxuta biss meta l-formoli oriġinali u mimlija kif dovut f'format fiżiku inklużi l-firem bl-idejn jaslu għand l-Awtorità.
Reġistru tal-Intrapriżi awtorizzat li jipprovdi networks/servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi
Skont l-Artikolu 19 (3) tal-Att, u r-Regolament 66 (3) tar-Regolamenti, malli l-Awtorità tirċievi Formola ta' Notifikazzjoni mimlija kif suppost l-intrapriża kkonċernata hija: "... meqjusa bħala awtorizzata biex tipprovdi network ta' komunikazzjonijiet u, jew servizz kif indikat fl-istess notifika, soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali stabbilita fid-Disa' Skeda tar-Regolamenti; ...”
L-Awtorità għandha taġġorna r-Reġistru ta' Intrapriżi Awtorizzati fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi notifika mimlija korrettement. Fil-każ li l-formola ma tkunx mimlija b'mod korrett, l-Awtorità għandha tinforma lill-parti notifikanti b'dan. L-intrapriżi huma responsabbli biex jiżguraw li n-notifika ġiet riċevuta jew direttament mal-Awtorità jew b'referenza għar-Reġistru tal-Intrapriżi Awtorizzati, disponibbli fuq il-websajt tal-MCA.
Drittijiet u Obbligi marbuta mal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali
Id-drittijiet u obbligi marbuta mal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma stabbiliti fid-Disa' Skeda tar-Regolamenti dwar networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali).
Il-ħlasijiet amministrattivi huma speċifikati fit-Tmien Skeda (Parti A) tar-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali) u huma mitluba mill-Awtorità immedjatament wara notifika skont id-Direttiva dwar il-Modalitajiet tal-Pagament.
FORMOLA A(i): Formola ta’ Notifika minn Provdituri Ġodda - Dettalji
A.1 Dettalji tal-Intrapriża Notifikanti
Isem tal-Intrapriża li tipprovdi, jew li biħsiebha tipprovdi, networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u, jew servizzi:
Nru ta' Registrazzjoni tal-Intrapriża*:
Għandha timtela biss fil-każ li l-kumpanija hija inkorporata barra minn Malta:
Nru taċ-Ċertifikat OC tal-MFSA:
Indirizz reġistrat tal-intrapriża inkluż il-kodiċi postali:
Indirizz postali tal-intrapriża għall-konsenja ta' avviżi (jekk differenti mill-indirizz reġistrat:
A.2 Dettalji tal-persuni ta’ kuntatt
Persuna ta’ kuntatt primarja:
Persuna responsabbli għall-affarijiet tekniċi:
Persuna responsabbli għall-finanzi:
Persuna responsabbli għall-affarijiet legali:
FORMOLA A(iii): Formola ta’ Notifika minn Provdituri Ġodda - Dikjarazzjoni
F'isem l-intrapriża notifikanti niddikjara li:
A. L-informazzjoni kif provduta fil-Formola A (i) u l-Formola A (ii) hija preċiża u kompluta fl-aspetti kollha; u
B. Qrajt u fhimt il-kontenut tal-paġni kollha elenkati f'dan id-dokument;
C. Inkun dejjem konformi mad-deċiżjonijiet u d-direttivi legali tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni u mal-obbligi fil-liġi; u
D. Inkun responsabbli li nħallas it-tariffi u nipprovdi informazzjoni operattiva u statistika b'effett mid-data tan-notifika u kif jista' jkun mitlub legalment u skont il-perjodi ta' żmien stabbiliti mill-Awtorità; u
E. Għandi f'kull ħin nikkonforma f'kull rispett mal-kundizzjonijiet marbuta mal-kategorija jew kategoriji applikabbli tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Kummerċjali kif speċifikat fit-taqsima 1.6; u
F. Għandi ninforma fedelment lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni b'kull bidla futura skont it-taqsima 2 ta' din in-notifika.
Isem Sħih tal-Firmatarju # 1:
(firma bil-miktub meħtieġa)
Nru tal-karta tal-identità (jew passaport:)
Isem Sħih tal-Firmatarju # 2 (jekk applikabbli):
Firma:
(firma bil-miktub meħtieġa)
Nru tal-karta tal-identità (jew passaport):
Nota Importanti: għandha tiġi sottomessa kopja oriġinali tal-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, flimkien ma' Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni maħruġ mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA).
Notifika ta' Aġġornamenti, Tibdil jew Tneħħija minn Provdituri Eżistenti
2.1 Aġġornamenti u bidliet fil-Formola ta’ Notifika
2.1.1 Aġġornamenti u bidliet fid-dettalji oriġinarjament sottomessi fil-FORMOLA A (i)
Skont ir-regolament 66 (4) tar-Regolamenti, intrapriżi jew persuni awtorizzati huma meħtieġa jinnotifikaw lill-Awtorità b'kull bidla fl-informazzjoni mogħtija fil-Formola ta' Notifika fi żmien erbatax-il jum wara li ssir dik il-bidla fir-rigward tal-informazzjoni provduta, kif meħtieġ taħt il-paragrafi (a) sa (ċ) tar-regolament 66 (2) tar-Regolamenti, jiġifieri:
i) informazzjoni dwar l-isem tal-intrapriża notifikanti, inkluż fil-każ ta’ korp ġuridiku, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-intrapriża;
ii) l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuni rilevanti, inklużi l-persuni responsabbli għad-dipartimenti kummerċjali, tekniċi, legali u tal-finanzi; l-indirizz tan-negozju tal-intrapriża kkonċernata u
iii) fil-każ ta' korp ġuridiku, fejn dak l-indirizz huwa differenti mill-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tiegħu, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tiegħu.
Tibdil fl-ishma jew sjieda
Meta ssir bidla fir-rigward tal-ishma jew sjieda tal-intrapriża notifikata, l-intrapriża hija obbligata li tinforma lill-MCA immedjatament. Dan għandu japplika biss fil-każ meta jkun hemm jew:
i) bidla ta’ 30% jew ogħla fl-ishma tas-sjieda; jew
ii) kwalunkwe bidla li tirriżulta f'bidla ta' kontroll effettiv tal-intrapriża.
Amalgamazzjonijiet iseħħu meta żewġ intrapriżi jew aktar b'numri ta' reġistrazzjoni tal-MFSA differenti jiġu amalgamati, jew bl-akkwist, jew bil-formazzjoni ta' kumpanija ġdida. Fiż-żewġ każijiet, amalgamazzjoni tiġi rikonoxxuta biss meta l-MFSA toħroġ iċ-ċertifikat ġdid ta' reġistrazzjoni lill-kumpanija bħala riżultat tal-amalgamazzjoni.
Ir-rekwiżiti kollha ta' hawn fuq huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu li tinkiseb approvazzjoni minn qabel, jew jingħata avviż minn qabel, b’rabta mal-istess bidliet taħt kwalunkwe obbligu legali jew kundizzjoni oħra għal awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta' użu.
Fil-każijiet ta' hawn fuq, l-intrapriża jew il-persuna awtorizzata huma meħtieġa jissottomettu FORMOLA Ċ (i) intitolata "Aġġornament/bidliet tad-dettalji tal-intrapriża notifikanti". Dan awtomatikament jieħu post l-informazzjoni mogħtija fil-Formola A(i) intitolata "Formola ta’ Notifika minn Provdituri Ġodda - Dettalji" tan-notifika oriġinali. Fejn il-bidliet jinvolvu l-isem ta' intrapriża, ishma/sjieda, jew amalgamazzjonijiet, l-avviżi mogħtija mill-kumpanija għar-reġistrazzjoni mal-MFSA u ċ-ċertifikat ġdid ta' reġistrazzjoni għandhom jakkumpanjaw il-FORMOLA Ċ(i). Il-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni aġġornati għandhom ukoll jiġu pprovduti meta dawn isiru disponibbli.
2.1.2 Aġġornamenti u bidliet fid-dettalji oriġinarjament sottomessi fil-FORMOLA A (ii)
Intrapriżi jew persuni awtorizzati huma meħtieġa jinnotifikaw lill-Awtorità bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni mogħtija fil-Formola ta' Notifika fi żmien erbatax-il jum qabel il-bidu tal-attività rilevanti fir-rigward tal-informazzjoni provduta kif meħtieġ skont il-paragrafi (d) sa (f) 66 (2) tar-Regolamenti, jiġifieri:
i) kwalunkwe bidliet/żidiet fid-deskrizzjoni tan-network jew is-servizz provdut;
ii) kwalunkwe tibdil fid-data stmata tal-bidu tal-attività;
iii) kwalunkwe bidla fiż-żona ġeografika li għandha tkun koperta min-network jew is-servizz in kwistjoni;
F'dan il-każ l-intrapriża jew il-persuna awtorizzata huma meħtieġa jissottomettu l-FORMOLA Ċ (ii) intitolata "Aġġornament/bidliet fid-deskrizzjoni tan-network u/jew servizzi". Dan awtomatikament jieħu post l-informazzjoni mogħhtija fil-FORMOLA A (ii) intitolata "Network u/jew Deskrizzjoni tas-Servizz" tan-notifika oriġinali.
Il-waqfien tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali
Intrapriżi jew persuni awtorizzati huma meħtieġa, skont ir-regolament 66 (6) tar-Regolamenti, li jinnotifikaw lill-Awtorità minnufih meta jieqfu jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, u, jew servizzi.
F'dan il-każ l-intrapriża jew il-persuna awtorizzata huma meħtieġa jissottomettu FORMOLA B intitolata "Il-Waqfien ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali". Dan awtomatikament iġib in-notifika oriġinali irtirata u bla effett.
In-nuqqas li tinnotifika lill-Awtorità b'kull tibdil fl-informazzjoni provduta fil-Formola ta' Notifika oriġinali, jew in-nuqqas li tinnotifika lill-Awtorità dwar il-waqfien, jirriżulta fit-teħid ta' miżuri regolatorji li jistgħu jinkludu l-impożizzjoni ta' multi.
Suġġett li l-prerekwiżiti kollha meħtieġa kif speċifikat f'dan id-dokument jiġu sodisfatti, l-Awtorità għandha taġġorna r-Reġistru ta' Intrapriżi Awtorizzati fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika ta' bidliet, b'dawk il-bidliet jekk applikabbli, jew fil-każ ta' waqfien, bħal fil-każ ta' bidla fil-kategorija ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali Kummerċjali.
FORMOLA B: Waqfien tal-Awtorizzazjoni Ġenerali Kummerċjali
Jien, hawn taħt iffirmat, bħala firmatarju awtorizzat ta'
qiegħed hawnhekk ninnotifika lill-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni bil-waqfien mill-provvista ta':
Din il-waqfien tal-kategorija/i ta' awtorizzazzjoni ġenerali kummerċjali in kwistjoni għandha tibda sa massimu ta' erbatax-il jum mid-data stipulata hawn taħt. Jiena konxju li din il-waqfa għandha tkun mingħajr preġudizzju għal xi obbligi, miżati amministrattivi u/jew xi drittijiet oħra, li jappartjenu għall-kategorija jew il-kategoriji in kwistjoni, sa l-istess data.
Jiena konxju wkoll li dan l-avviż ta' waqfien ma jeżentax lill-intrapriża minn kwalunkwe obbligu ieħor stipulat minn xi permess, liċenzja, awtorizzazzjoni, korp, awtorità jew leġiżlazzjoni oħra fil-każ meta dan il-waqfien iseħħ.
Isem Sħih tal-Firmatarju Awtorizzat:
Firma:
(firma bil-miktub meħtieġa)
Nru tal-karta tal-identità (jew passaport):
FORMOLA Ċ (i): Aġġornament/tibdil fid-dettalji talintrapriża notifikanti.
C.1 Dettalji tal-Intrapriża Notifikanti
Isem tal- Intrapriża li tipprovdi, jew li biħsiebha tipprovdi, networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u, jew servizzi:
Nru ta’ Reġistrazzjoni tal-Intrapriża*:
Għandha timtela biss fil-każ li l-kumpanija hija inkorporata barra minn Malta:
Nru taċ-Ċertifikat OC tal-MFSA:
Indirizz reġistrat tal-intrapriża inkluż il-kodiċi postali:
Indirizz postali tal-intrapriża għall-konsenja ta' avviżi (jekk differenti mill-indirizz reġistrat:
C.2 Dettalji tal-persuni ta’ kuntatt:
Persuna ta’ kuntatt primarja:
Persuna responsabbli għal affarijiet tekniċi:
Persuna responsabbli għall-finanzi:
Persuna responsabbli għall-affarijiet legali:
Isem Sħih tal-Firmatarju Awtorizzat:
Firma:
(firma bl-idejn meħtieġa)
FORMOLA Ċ(ii): Aġġornamenti/tibdel fin-network u/jew fid-deskrizzjoni tas-servizzi
Nota importanti: Din il-Formola għandha timtela fl-intier tagħha (anke jekk l-aġġornamenti jew il-bidliet huma minimi).
Deskrizzjoni tan-Network u/jew Servizz
C.3 Kategoriji ta’ Network u/jew Servizz
C.4 Deskrizzjoni tan-Network u / jew tas-Servizz
L-intrapriża Notifikanti hija meħtieġa timla l-oqsma misjuba fl-Anness 1 taħt il-Kategorija ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali applikabbli; kif ukoll tagħti deskrizzjoni dettaljata hawn taħt fuq il-punti li ġejjin:
a. Is-servizz/i li se jiġu pprovduti;
b. In-network/si li se jitħaddmu, inklużi l-mapep tan-network ‘high level’;
c. Kull radio spectrum/apparat li ser jintuża fin-network;
d. Kwalunkwe infrastruttura ta' konnettività internazzjonali fin-network;
e. Kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa pertinenti.
Deskrizzjoni tal-aġġornament /tibdil:
Nota: L-intrapriżi li jinnotifikaw għandhom jipprovdu dettalji addizzjonali f'annessjonijiet separati.
C.5 Kopertura u ambitu ġeografiku
Jekk jogħġbok indika l-kopertura ġeografika u l-ambitu tan-network u / jew tas-servizz:
C.6 Id-data stmata tal-bidu tal-attività rilevanti
Isem sħih tal-Firmatarju Awtorizzat:
(firma bl-idejn meħtieġa)
²Id-Definizzjonijiet tal-Kategoriji tan-networks u s-servizzi huma stabbiliti fl-Att biex Jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi u r-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali).
3. Informazzjoni Addizzjonali
L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni hija stabbilita bis-saħħa tal-Att dwar l-Awtorità ta' Komunikazzjoni ta' Malta, u hija l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali responsabbli, fost ħwejjeġ oħra relatati mal-qasam tal-komunikazzjonijiet, biex twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi skont il-Qafas Ewropew dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Filwaqt li intrapriżi notifikanti għandhom ifittxu parir legali indipendenti qabel ma jissottomettu notifika, l-Awtorità tagħmel kull sforz biex iżżomm informazzjoni aġġornata dwar il-qafas regolatorju disponibbli fuq il-websajt tagħha. Lista ta' informazzjoni mhux eżawrjenti disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità, li tista' tkun rilevanti għall-impriżi notifikanti, hija pprovduta hawn taħt u tista’ titniżżel mill-websajt tal-MCA:
- Direttiva dwar il-Modalities of Payment;
- It-‘Technical Release’ tal- ‘Malta Institute of Accountants’ : Ingaġġi biex isiru rapporti dwar id-dħul attwali ġġenerat minn intrapriżi regolati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni;
- Linji Gwida dwar il-Ġbir ta' Statistika kull tliet xhur.- Linji Gwida dwar il-Kunfidenzjalità;- Konvenzjonijiet Nazzjonali ta' Numerazzjoni;
- Linji gwida dwar l-immaniġġjar ta' lmenti ta' bejn l-operaturi, tilwim u investigazzjonijiet ta’ inizjattiva proprja;
- Linji gwida għal MVNOs, ESPs, SPs and MVNEs;- Informazzjoni dwar il-Liċenzjar ta ' Satellite Earth Stations u Servizzi ta' Satellite Uplink;
- Regolamenti tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat ta' Radjokomunikazzjoni) (S.L.399.40);- National Frequency Plan.
4. Klawżola dwar il-protezzjoni tad-Dejta
Skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Dejta (Kapitlu 440 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") tipproċessa kull dejta personali mogħtija f’din l-applikazzjoni/formola ta' notifika jew mogħtija minnek, verbalment jew bil-kitba, għal kollox jew għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
a. l-ipproċessar xieraq tal-formola tal-applikazzjoni/tan-notifika tiegħek kif sottomessa;
b. għall-prevenzjoni, tikxif u/jew prosekuzzjoni ta' frodi, kwalunkwe nuqqas ta' konformità amministrattiva oħra, u kwalunkwe attività kriminali oħra li l-Awtorità hija obbligata tirrapporta u/jew taġixxi dwarha filwaqt li tissodisfa kwalunkwe obbligu legali jew regolatorju speċifiku ieħor;
c. tistabbilixxi, teżerċita jew tiddefendi kwalunkwe azzjoni legali;
d. immaniġġjar intern, riċerka u statistika, amministrazzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp u t-titjieb tas-servizzi tal-Awtorità;
e. il-kondotta xierqa tal-obbligi skont kwalunkwe liġi jew strument statutorju u l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-interessi leġittimi; u
f. li tippublika l-informazzjoni neċessarja kif speċifikat fil-liġi u/jew l-istrument legali rilevanti.
Id-dejta rilevanti tiġi żvelata jew kondiviża kif xieraq mal-impjegati kollha tagħna u ma’ terzi jekk pertinenti għall-għanijiet elenkati hawn fuq.
Bl-iffirmar ta' din il-formola, inti tikkonferma li qed tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek, skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Dejta, f’ismek u f’isem il-persuni l-oħra kollha speċifikati f'din il-formola, biex l-Awtorità tipproċessa l-informazzjoni personali tiegħek kif deskritt hawn fuq u tikkonferma li ġibt dan l-avviż dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-attenzjoni ta’ dawn il-persuni oħra u li ġibt il-kunsens rispettiv tagħhom kollha.
L-Awtorità tintrabat li timplimenta l-miżuri u salvagwardji xierqa għall-iskop tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha ipproċessata.
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala parti mit-Taqsima A.4 misjuba fil-FORMOLA A (ii) u t-Taqsima Ċ.4 misjuba fil-FORMULA Ċ (ii) skont il-Kategorija
(a) NETWORK TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET PUBBLICI
(b) SERVIZZI TAT-TELEFOWN DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU
(c) SERVIZZI TA’ DISTRIBUZZJONI TAT-TELEVIŻJONI U RADJU
(d) DIRETTORJI TAT-TELEFOWN U SERVIZZI TA’ TFITTXIJA FID-DIRETTORJU DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU
(e) SERVIZZI TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI OĦRA DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU
Servizzi oħra ta’ Mowbajl Satellitari (speċifika)
Servizzi oħra bis-satellita: (speċifika)
(g) Networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi privati u, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi privati
Servizzi oħra ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi: (speċifika)
(f) SERVIZZI TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI MHUX PUBBLIĊI
Servizzi mhux pubbliċi
MCV = Mobile Communications on board Vessels
MCA = Mobile Communications on board Aircraft
²Publicly Available Electronic Comm. Services
³Private Electronic Communications Network and/or Services
Jekk tkun limitata għal art li hi proprjetà, mikrija jew b'xi mod ieħor legalment ipossieduta, notifika mhijiex meħtieġa
AVVIŻ IMPORTANTI
Awtorizzazzjoni ġenerali kummerċjali ma tintitolax awtomatikament lil xi intrapriża, u ma teskludijex mill-obbligu li tikseb u / jew tinnotifika u tikkonforma ma' kwalunkwe permess, liċenzja, dritt ta' użu jew awtorizzazzjoni oħra ġenerali fir-rigward tar-riżorsi tan-numerazzjoni , tagħmir jew ‘radio spectrum’, u / jew approvazzjoni jew awtorizzazzjoni oħra, irrispettivament mill-mod kif ikunu deskritti, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kostruzzjoni, tħaddim u manutenzjoni tan-network u, jew servizzi.
Meta l-intrapriża li tinnotifika tkun barra l-pajjiż, in-notifika għandha tinkludi indirizz għall-għoti ta' avviż f'Malta u l-intrapriża li tinnotifika għandha, bħala minimu, tkun irreġistrata bħala kumpanija barranija skont il-Liġi Maltija.