Bejgħ u xiri ta' Apparat ta’ Radjokomunikazzjoni Marittimu kopert bl-AĠ (VHF/SAT. EPIRB) (MCA/10/57/F)
a) Skont ir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjoni Ġenerali (Apparat ta' Radjokomunikazzjoni) (L.S.399.40), bastiment li fuqu se jiġu installati apparat VHF marittimu u EPIRB jeħtieġ li jiġi assenjat sinjal ta’ sejħa (call sign) u MMSI. Dan tal-aħħar mhux meħtieġ jekk l-apparat tal-VHF mhuwiex attivat bid-DSC.
b) Kull persuna li tbigħ apparat ta’ radjokomunikazzjoni (hawnhekk riferut bħala ‘negozjant’) hija meħtieġa li tkun konformi mad-29 Skeda ta’ (L.S.399.40). Skont dawn ir-Regolamenti negozjanti iridu jinnotifikaw lil Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) / Transport Malta (TM) b’kull bejgħ ta’ VHF marittimu u / jew EPIRB.
c) Kull persuna li tgawdi minn awtorizzazzjoni ġenerali taħt L.S.399.40 trid tassigura li l-bastiment li minn fuqu se jiġu installati / użati apparat VHF marittimu u EPIRBs huwa assenjat b’sinjal ta’ sejħa (call sign) u MMSI, kif xieraq. Skont ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (L.S.35.01), l-assenjazzjoni ta’ dawn l-identitajiet iġorru ħlas amministrattiv ta’ ħamsa u ħamsin Ewro (€55).
d) Formoli kompluti għal apparat VHF marittimu għandhom jintbagħtu lil awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti kif ġej:
• lill-MCA fil-każ ta’ bastimenti reġistrati “S” jew tas-sajd (taħt 6 metri ta’ tul totali); jew
• lil Transport Malta, Direttorat tat-Tbaħħir Merkantili fil-każ tal-bastimenti kollha reġistrati “Valletta”.
e) Formoli li jikkonċernaw il-bejgħ / xiri ta’ EPIRBs intenzjonati li jiġu installati fuq kull tip ta’ bastiment għandhom jintbagħtu lil Transport Malta, jew permezz ta’ imejl fuq mrcsmalta@transport.gov.mt jew bil-posta lid-Direttorat tat-Tbaħħir Merkantili, Malta Transport Centre, Lija LJA 2021. Ladarba l-EPIRB tiġi programmata bl-MMSI assenjat, ir-rapport ta’ programmazzjoni għandu wkoll jintbagħt lil Transport Malta.
f) L-informazzjoni mniżżla f'din il-formola tinġabar, tinżamm u tiġi ttrattata skont id-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-data tal-MCA, ippubblikata fil-websajt tagħna.
ġ) L-MCA tirrakomanda li formoli kompluti għandhom jiġu rċevuti mill-MCA għallinqas għaxart (10) ijiem ta' xogħol qabel id-data li ċertifikat ta’ assenjazzjoni huwa meħtieġ. L-MCA tipprova toħroġ ċertifikati ta’ assenjazzjoni fi żmien sebgħat (7) ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ meta applikazzjoni mimlija korrettament u l-pagament tal-ħlasijiet applikabbli jiġu rċevuti. L-MCA ma tista’ bl-ebda mod tinżamm responsabbli jekk ċertifikat ta’ assenjazzjoni jinħareġ wara l-perjodu msemmi ta` sebgħat (7) ijiem. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess, l-MCA tirrakkomanda li l-fatturi jiġu mħallsa permezz tas-sistema ta` ħlas onlajn tagħha disponibbli fuq www.mca.org.mt.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Parti A – Notifikazzjoni tan-negozjant skond Regolament 3 tad-29 Skeda ta’ L.S.399.40
A.1 Dettalji tal-apparat ta’ radjokomunikazzjoni marittimu mibjugħ:
Tip ta’ apparat (immarka kif applikabbli)
Manifattur
Mudell
Numru ta' Serje
Tip ta’ apparat (immarka kif applikabbli)
Manifattur
Mudell
Numru ta' Serje
Tip ta’ apparat (immarka kif applikabbli)
Manifattur
Mudell
Numru ta' Serje
Tip ta’ apparat (immarka kif applikabbli)
Manifattur
Mudell
Numru ta' Serje
A.2 Id-dettalji tal-persuna li qed tixtri l-apparat ta’ radjokomunikazzjoni deskritt taħt A.1 huma pprovduti taħt Parti B.1 hawn taħt.
Jien hawnhekk niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din in-notifika hija preċiża u kompluta f’kull rispett. Jien ukoll niddikjara li jien legalment awtorizzat biex nimla Parti A ta’ din il-formola.
Isem tal-persuna awtorizzata min-negozjant
Parti B - Talba mill-persuna li qed tixtri l-apparat deskritt f’Parti A għall-assenjazzjoni ta’ identitajiet marittimi.
B.1- Dettalji tal-persuna li qed tixtri l-apparat ta’ radjokomunikazzjoni deskritt taħt Part A hawn fuq:
Numru tal-Karta tal-Identità jew Passaport
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Dettalji tal-kuntatti ta’ persuna/i ta' emerġenza fuq l-art
B.2 Dettalji tal-bastiment li fuqu se jiġi installat l-apparat ta’ radjokomunikazzjoni deskritt f’Parti A hawn fuq
Bastiment reġistrat taħt (immarka kif applikabbli)
Numru Officjali / IMO / Reġistrazzjoni
Isem
Bastiment reġistrat taħt (immarka kif applikabbli)
Numru Officjali / IMO / Reġistrazzjoni
Isem
Bastiment reġistrat taħt (immarka kif applikabbli)
Numru Officjali / IMO / Reġistrazzjoni
Isem
Jekk jogħġbok ehmeż kopja taċ-ċertifikat validu tar-reġistrazzjoni tal-bastiment.
a) Jien xtrajt l-apparat ta’ radjokomunikazzjoni deskritt f’Parti A.1 u qiegħed hawnhekk nitlob lill-MCA / TM biex jassenjaw lil bastiment deskritt taħt Parti B.2 b’sinjal ta’ sejħa (call sign) u / jew MMSI, kif xieraq, kif meħtieġ minn L.S.399.40;
b) Se nħallas il-ħlas applikabbli lill-MCA / TM kif stabbilit minn żmien għal żmien taħt il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-assenjament tal-imsemmi sinjal ta’ sejħa (call sign) u / jew MMSI;
c) L-informazzjoni pprovduta f’Parti B ta’ din il-formola hija preċiża u kompluta f’kull rispett;
d) Waqt li jkun qed jitħaddem l-apparat ta’ radjokomunikazzjoni, jien nosserva il-proviżjonijiet ta’ L.S.399.40; u
e) Nagħti l-kunsens espliċitu tiegħi lill-MCA u / jew lil TM biex jipproċessaw id-dettalji personali tiegħi u dettalji personali li jappartjenu lil partijiet terzi li pprovdejt hawnhekk, għall-uniku skop biex tiġi pproċessata din il-formola, skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta) u li r-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament (UE) 2016/679). Dan jinkludi wkoll l-iżvelar tal-informazzjoni personali kollha misjuba f'din il-formola lil entitajiet awtorizzati oħra għal finijiet ta’ tiftix u salvataġġ.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt