Notifika għall-Installazzjoni / Użu ta’ Terminals Satellitari li joperaw skont il-21 u 23 Skeda tar-Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tal-Radjokomunikazzjoni) (L.S. 399.40 tal-Liġijiet ta' Malta) (MCA / F / 12-1210)
1. Persuna li tgawdi awtorizzazzjoni ġenerali għall-apparat regolat taħt il-21 u t-23 Skeda tar-Regolamenti dwar Awtorizzazzjoni Ġenerali (Apparat tal-Radjokomunikazzjoni) (L.S.399.40) għandha tikseb l-approvazzjoni neċessarja mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) qabel ma tinstalla u, jew tużu tali apparat.
2. L-għan ta' din in-notifika hu li jiġi żgurat li t-terminals satellitari regolati mill-Iskedi msemmija hawn fuq ma jintużawx f’distanza li hin anqas minn 500 metru mill-perimetru ta' ajruport.
3. L-MCA tista’ twettaq spezzjonijiet u / jew kejl fuq il-post biex tivverifika d-dettalji ipprovduti f'din in-notifika u biex tassikura konformità mal-liġi nazzjonali.
4. In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-MCA fl-indirizz indikat f’din il-formola. Formoli li ma jkunux imtlew kif meħtieġ jiġu rritornati lill-applikant.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Sezzjoni A: Informazzjoni Ġenerali
A.1 Dettalji tal-Persuna li li qed tissottometti din in-notifika
Isem u Kunjom tal-kuntatt Principali
A.2 Dettalji ġenerali dwar l-installazzjoni tal-apparat tar-radjukomunikazzjoni
Jekk jogħġbok agħti l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (WGS84) fejn l-antenna tat-terminal tas-satellita hu maħsub li jiġi nstallat.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Sezzjoni B: Dikjarazzjoni
a. Nagħti l-kunsens espliċitu tiegħi lill-MCA biex tiproċessa d-dettalji personali tiegħi għall-uniku skop biex tiġi pproċessata din l-applikazzjoni, skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament (UE) 2016/679). L-informazzjoni mniżżla f'din l-applikazzjoni tinġabar, tinżamm u tiġi ttrattata skont id- Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-data tal-MCA li tinsab fuq www.mca.org.mt.
b. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-formola hija preċiża u kompluta f’kull aspett.
c. Niddikjara li jekk l-MCA tagħti l-approvazzjoni tagħha, jiena se nkun konformi mad-disposizzjonijiet rilevanti tar-Regolamaneti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat ta' Radjokomunikazzjoni) (S.L.399.40).
d. Niddikjara wkoll li jien awtorizzat biex nibgħat din in-notifika.
Data tan-notifikazzjoni (DD/MM/YYYY)
F’isem (jekk applikabbli)