Notifika biex tinforma dwar l-Intenzjoni jew dwar l-Installazzjoni tal-użu ta' Apparat ta’ Radjokomunikazzjoni f’Network ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi mingħajr Fili (MCA/F/11-0581)
1. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ apparat tar-radjukomunikazzjoni, l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistipula li liċenzja individwali hija meħtieġa biss għall-installazjoni jew użu ta’ apparat, dejjem jekk l-imsemmi apparat ma jkunx eżentat minn liċenzja jew regolat b’awtorizzazzjoni ġenerali. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit huwa ksur tal-imsemmi Att.
2. L-Apparat ta’ radjukomunikazzjoni li jifforma parti minn netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mingħajr fili li jopera fuq drittijiet individwali ta' użu ta’ frekwenzi tar-radju mogħtija taħt l-imsemmi Att, huwa regolat mir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjoni Ġenerali (Apparat ta' Radjokomunikazzjoni) (L.S.399.40).
3. Id-dispożizzjonijiet rilevanti taħt L.S.399.40 jeħtieġu li l-intrapriżi konċernati jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) b'informazzjoni li turi konformità ma dawn ir-Regolamenti, b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi.
4. L-MCA tista’ twettaq spezzjonijiet u / jew kejl fuq il-post biex tivverifika d-dettalji ipprovduti f'din in-notifika u biex tassikura konformità mal-liġi nazzjonali.
5. Intrapriżi li jissottomettu notifika skont ir-Regolament 11(1) tal-L.S.399.40 huma mitluba jimlew is-Sezzjonijiet A, B u D ta' din il-formola.
6. Intrapriżi li jissottomettu notifika skont ir-Regolament11(2) tal-L.S.399.40 huma mitlubajimlew is-Sezzjonijiet A, Ċ uD ta' din il-formola.
7. Il-notifiki għandhom jintbagħtu lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-indirizz indikat f’din il-formola. Applikazzjonijiet li ma jkunux imtlew kif meħtieġ jiġu rritornati lill-applikant.
8. Dettalji addizzjonali jistgħu jintbagħtu lill-MCA b’imejl fuq rcl@mca.org.mt.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Sezzjoni A - Informazzjoni Ġenerali
A.1 Dettalji tal-intrapriża li qed tissottometti din in-notifika
Isem u Kunjom tal-Kuntatt Prinċipali
Jekk jogħġbok għid x’inhu l-iskop ta’ din in-notifika
A.3 Dettalji Ġenerali dwar l-installazzjoni
A.3.1 Jekk jogħġbok agħti l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (WGS84) fejn l-apparat tar-radjukomunikazzjoni u l-antenna ser jiġu installati jew fejn diġà huma installati.
A.3.2 Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni mitluba dwar is-sit / antenna.
Għoli tas-sit il-fuq mil-baħar
Għoli tal-antenna il-fuq mill-art
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Sezzjoni C - Notifika dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ apparat ta' radjukomunikazzjoni skont ir-Regolament 11(2) tal-L.S.399.40
C.1 Jekk jogħġbok agħti d-data meta l-apparat tar-radjukomunikazzjoni beda jopera. (DD/MM/YYYY)
C.2 Jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar l-apparat tar-radjukomunikazzjoni u l-antenni installati
Apparat tar-Radjukomunikazzjoni
C.3 Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni teknika ta’ hawn taħt.
Frekwenzi operattivi
Power (massimu ERP)
C.4 Jekk jogħġbok agħti dettalji dwar il-livell imkejjel tal-kampi elettromanjetiċi (EMF) bħala persentaġġ tal-livell massimu tal-ICNIRP.
Livell (massimu) mkejjel tal-EMF
% tal-livell tal-ICNIRP rilevanti għall-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali
% tal-livell tal-ICNIRP rilevanti għall-espożizzjoni okkupazzjonali
C.5 Jekk jogħġbok ibgħat ir-rapport tal-kejl tal-EMF fuq emf@mca.org.mt.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Sezzjoni D - Dikjarazzjoni
a. Nagħti l-kunsens espliċitu tiegħi lill-MCA biex tiproċessa d-dettalji personali tiegħi għall-uniku skop biex tiġi pproċessata din l-applikazzjoni, skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament (UE) 2016/679). L-informazzjoni mniżżla f'din il-formola tinġabar, tinżamm u tiġi ttrattata skont id-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-data tal-MCA li tinsab fuq www.mca.org.mt.
b. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din in-notifika hija preċiża u kompluta f’kull aspett.
c. Niddikjara wkoll li jien awtorizzat biex nibgħat din in-notifika.
Data tan-notifikazzjoni (DD/MM/YYYY)
Denominazzjoni (jekk applikabbli)
F’isem (jekk applikabbli)
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt