e-form

Applikazzjoni għal Licenzja biex tinstalla jew tuża Apparat tar-Radjukomnikazzjoni Non-Specific (MCA/F/11-0579)

1. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ apparat tar-radjukomunikazzjoni, l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap.399 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistipula li liċenzja individwali hija meħtieġa biss għall-installazjoni jew użu ta’ apparat, dejjem jekk l-imsemmi apparat ma jkunx eżentat minn liċenzja jew regolat b’awtorizzazzjoni ġenerali. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit huwa ksur tal-imsemmi Att.

2. Il-liċenzja ta’ radjukomunikazzjoni maħruġa taħt dan l-Att ma tawtoriżżax il-provvediment ta’ servizzi jew netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. L-ispettru ta’ frekwenza tar-radju li jiġi assenjat permezz ta’ din l-applikazzjoni huwa rregolat mill-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399).

4. Il-ħlasijiet ta’ liċenzja għall-apparat tar-radjukomunikazzjoni huma mniżżlin fir-Regolamenti dwar id-Drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (L.S.35.01).

5. Apparat tar-radjukomunikazzjoni li jaqa’ taħt ir-Regolamenti dwar Tagħmir tar-Radju (L.S.427.41) irid ikun konformi mal-proviżjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

6. L-applikazzjonjiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-indirizz indikat f’din il-formola. Applikazzjonijiet li ma jkunux imtlew kif meħtieġ jiġu rritornati lill-applikant. Dettalji addizzjonali jistgħu jintbagħtu lill-MCA b’imejl fuq rcl@mca.org.mt.

7. L-MCA tirrakomanda li applikazzjonijet għandhom jiġu irċevuti mill-MCA għallinqas għaxart (10) ijiem ta' xogħol qabel id-data li l-liċenzja hija meħtieġa. L-MCA tipprova toħroġ liċenzi tar-radjukomunikazzjoni fi żmien sebgħat (7) ijiem ta’ xogħol mil-data ta’ meta applikazzjoni mimlija korrettament ul-pagament tal-ħlasijiet applikabbli jiġu rċevuti. L-MCA ma tista’ bl-ebda mod tinżamm responsabbli jekk liċenzja tinħareġ wara l-perjodu msemmi ta` sebgħat (7) ijiem. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess, l-MCA tirrakkomanda li l-fatturi jiġu mħallsa permezz tas-sistema ta` ħlas onlajn tagħha disponibbli fuq www.mca.org.mt.

8. L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni(MCA) għandha tiġi nnotifikata b’mod immedjat f’każ ta’ tibdiliet proposti jew neċessarji fis-sistema deskritta f’din l-applikazzjoni.

Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt

Paġna 1 minn 5



Print Form
pageno Next Page


 


Aloaha Software
Aloaha Form Provider