Applikazzjoni għal Liċenzja ta' Apparat tax-Xandir (MCA / F / 11-0578)
1. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ apparat tar-radjukomunikazzjoni, l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistipula li liċenzja individwali hija meħtieġa biss għall-installazjoni jew użu ta’ apparat, dejjem jekk l-imsemmi apparat ma jkunx eżentat minn liċenzja jew regolat b’awtorizzazzjoni ġenerali. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit huwa ksur tal-imsemmi Att.
2. Il-liċenzja ta’ radjukomunikazzjoni maħruġa taħt dan l-Att ma tawtoriżżax il-provvediment ta’ servizzi jew networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-proveddiment ta’ dawn is-servizzi jew networks ikun meħtieġ awtorizzazzjoni separata.
3. Il-ħlasijiet ta’ liċenzja għall-apparat tar-radjukomunikazzjoni huma mniżżlin fir-Regolamenti dwar id-Drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (L.S.35.01). Għal aktar tagħrif inti ġentilment mitlub tirreferi għal Anness 1.
4. Apparat tar-radjukomunikazzjoni li jaqa’ taħt ir-Regolamenti dwar Tagħmir tar-Radju (L.S.427.41) irid ikun konformi mal-proviżjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
5. L-applikazzjonjiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-indirizz indikat f’din il-formola. Applikazzjonijiet li ma jkunux imtlew kif meħtieġ jiġu rritornati lill-applikant. Dettalji addizzjonali jistgħu jintbagħtu lill-MCA b’imejl fuq rcl@mca.org.mt.
6. L-MCA tirrakomanda li applikazzjonijet għandhom jiġu rċevuti mill-MCA għallinqas għaxart (10) ijiem ta' xogħol qabel id-data l-liċenzja hija meħtieġa. L-MCA tipprova toħroġ liċenzji tar-radjukomunikazzjoni fi żmien sebgħat (7) ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ meta applikazzjoni mimlija korrettament u l-pagament tal-ħlasijiet applikabbli jiġu rċevuti. L-MCA ma tista’ bl-ebda mod tinżamm responsabbli jekk liċenzja tinħareġ wara l-perjodu msemmi ta` sebgħat (7) ijiem. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess, l-MCA tirrakkomanda li l-fatturi jiġu mħallsa permezz tas-sistema ta` ħlas onlajn tagħha disponibbli fuq www.mca.org.mt.
7. L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) għandha tiġi nnotifikata b’mod immedjat f’każ ta’ tibdiliet proposti jew neċessarji fis-sistema deskritta f’din l-applikazzjoni.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Parti A: Dettalji tal-Applikant
A.1 Informazzjoni Ġenerali
Isem sħiħ tal-Persuna jew Entità li f’isimha hija meħtieġa l-liċenzja
Numru tal-Karta tal-Identità jew Numru tal-Passaport jew Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija
A.2 L-indirizz fejn jintbagħtu l-kontijiet huwa l-istess bħal ta’ hawn fuq?
Jekk le, ipprovdi d-dettalji tal-indirizz fejn jintbagħtu l-kontijiet.
Jekk jogħġbok innota li kull kont jew talbiet għall-ħlas jiġu mibgħuta fl-indirizz ta’ hawn fuq. F’każ ta’ xi tibdil, inti ġentilment mitlub tinnotifika bil-miktub lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni b’mod immedjat.
A.3 Min għandu jiġi kkuntattjat dwar materji tekniċi?
F’każ ta’ kuntatt ieħor, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-kuntatt tekniku.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Parti B: Informazzjoni dwar l-iskop tal-applikazzjoni
B.1 Jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar l-iskop tal-użu tal-apparat tar-radjukomunikazzjoni
B.2 Din l-applikazzjoni qed tiġi sottomessa għal
Jekk jogħġbok agħti n-numru tal-Liċenzja maħruga mill-MCA
Parti Ċ: Dettalji dwar l-installazzjoni
C.1 Jekk jogħġbok agħti l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (WGS84) fejn l-apparat tar-radjukomunikazzjoni u l-antenna ser jiġu installati.
Għoli tal-antenna l-fuq mill-art
Parti D: Dettalji Tekniċi
D.1 - Jekk jogħġbok agħti l-frekwenza tar-radju kif ġiet assenjat mill-Awtorità ta’ Malta tax-Xandir.
D.2 - Jekk jogħġbok agħti l-output power tat-trasmettitur (massimu)
D.3 - Jekk jogħġbok agħti l-effective radiated power (erp) tas-sistema (massima).
D.4 - Jekk jogħġbok agħti l-antenna gain
D.5 - Jekk jogħġbok agħti l-antenna polarization
D.6 - Jekk jogħġbok iddikjara jekk l-antenna hijiex Direzzjonali jew Omni-direzzjonali
Jekk l-antenna hija direzzjonali, jekk jogħġbok agħti d-dettalji tar-radiation pattern b’imejl fuq rcl@mca.org.mt jew permezz ta’ hyperlink.
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Parti E: Dettalji tal-apparat
E.1 - Jekk jogħġbok agħti d-dettalji tal-apparat tar-radjokomunikazzjoni li ser jiġi installat:
Manifattur
Mudell
Numru Tas-Serje
Rimarki
E.2 - Jekk jogħġbok agħti d-dettalji tal-antenna li ser tiġi installata:
Manifattur
Mudell
Rimarki
E.3 - Jekk jogħġbok agħti d-data meta l-apparat tar-radjukomunikazzjoni ser jiġi installat. (DD/MM/YYYY)
a. Nagħti l-kunsens espliċitu tiegħi lill-MCA biex tiproċessa d-dettalji personali tiegħi għall-uniku skop biex tiġi pproċessata din l-applikazzjoni, skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament (UE) 2016/679). L-informazzjoni mniżżla f'din l-applikazzjoni tinġabar, tinżamm u tiġi ttrattata skont id-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-data tal-MCA li tinsab fuq www.mca.org.mt.
b. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija preċiża u kompluta f’kull aspett.
c. Niddikjara wkoll li jien awtorizzat biex nibgħat din l-applikazzjoni.
d. Naċċetta li l-liċenzja ma tagħti l-ebda dritt ta’ proprjetà tal-ispettru ta’ frekwenza tar-radju, u naqbel li nosserva l-kundizzjonijiet tal-liċenzja u kull direzzjoni mogħtija mill-MCA.
e. Nikkonferma li ma nagħmel l-ebda tibdil fid-dettalji mogħtija hawn fuq mingħajr l-approvazzjoni minn qabel mill-MCA.
Data tal-applikazzjoni (DD/MM/YYYY)
Numru tal-Karta tal-Identità jew Passaport
Denominazzjoni (jekk applikabbli)
F’isem (jekk applikabbli)
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt
Anness 1: Drittijiet li jistgħu jitħallsu mid-Dipartimenti tal-Gvern Regolamenti
21. Kull apparat ta' radjukomunikazzjoni mhux stipulat b'mod ieħor f'dawn ir-regolamenti, kull sena ................................................................€23.20
Għal aktar informazzjoni inti ġentilment mitlub tikkuntattja lill
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana FRN 1913
Tel: (+356) 21 336 840 Fax: (+356) 21 336 846
Imejl: rcl@mca.org.mt Sit: www.mca.org.mt