e-form

Sussidju għas-Servizzi ta' Childcare

GĦAJNUNA FINANZJARJA FL-AĦĦAR
TAL-KORS

Għall-użu Uffiċċjali Biss
Numru tal-Applikazzjoni ________

Sezzjoni A: INTRODUZZJONI

Din l-iskema hija maħsuba biex toffri inċentiv għal dawk il-ġenituri li għandhom responsabbiltà' għat-trobbija ta' tfal waqt li huma jitħarrġu fi ħdan il-Jobsplus biex itejjbu il-prospetti tax-xogħol tagħhom u jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan billi nipprovdu sussidju sostanzjali fuq is-servizz ta' kura tat-tfal li jintuża’ mill-ġenituri filwaqt li huma jkunu qed jattendu taħriġ offrut mill-Jobsplus. L-għażla taċ-ċentru tal-kura tat-tfal titħalla kompletament f'idejn il-ġenitur, iċ-ċentru magħżul tal-kura tat-tfal irid ikun rreġistrat.

https://education.gov.mt/en/Documents/FCS-Registered-ChildcareCentres-Sept2017.xlsx.

Sezzjoni B: DEFINIZZJONIJIET

1

Għal-fini ta' dan is-sussidju, 'ġenituri' tfisser il-ġenituri naturali kif wkoll ġenituri bil-kustodja ta' orfni, foster carer li jkun il-kuranti b’affidament approvat skond l-Att dwar il-Foster Care, u ġenitur bi żwieġ ieħor u ġenitur adottiv skond l-att tas-Sigurtà' Soċjali (Kap 318).

2

Għal fini ta' dan is-sussidju 'Ġenitur singlu' tfisser ġenitur li jkun romol, separat (sew de facto jew de jure), divorzjat jew mhux miżżewweġ li jkun waħdu u għal kollox responsabbli li jżomm u jrabbi lil uliedu dipendenti bniet jew subien li ma jkunux għalqu t-tmintax-il sena skond l-att tas-Sigurta Socjali (Kap 318).

Sezzjoni C: KUNDIZZJONIJIET

1

Fil-każijiet kollha, is-sussidju jingħata biss għall-ġranet u l-ħinijiet li matulhom il-ġenitur qed jattendi għall-kors ta’ taħriġ u juża’ s-servizzi tal-kura tat-tfal fl-istess ħin.

2

L-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa għandhom jintbagħtu lil Jobsplus, Training Complex, Head Office, Ħal Far BBG 3000 fi żmien xahrejn mid-data li fih ikun spiċċa t-taħriġ.



Print Form
pageno Next Page


 


Aloaha Software<