L-impjegat irid jagħżel bejn ‘Emigrant’, ‘Impjegat bi sfond barrani’, ‘Minoranza’, ‘Persuna b’diżabilità’, ‘Persuna Żvantaġġata’ jew ‘ Mhix Applikabbli’. B’‘Emigrant’ qed nifhmu persuna mhix Maltija li għandha r-residenza permanenti ġewwa l-pajjiż (i.e. Malta), filwaqt li ‘Minoranza’ tirreferi għal nies minn pajjiżi ġejjin minn komunitajiet emarġinati, bħal Roma. ‘Persuna Żvantaġġata’ hemm bżonn li tifforma parti minn tal-anqas f’waħda minn dawn il-kategoriji: L-impjegat jrid ikollu livell MQF 10, jiġifieri, m’għandux Ċerifikat ta’ Tmiem l-edukazzjoni obbligatorja jew ħiliet bażiċi fil-qari jew fil-matematika; nies bla saqaf fuq rashom jew li ġew esklużi mill-‘Housing’ (ara tifsira t’hawn isfel); persuna li tgħix fi sptar jew ħabs jew li għamlet xi offiża legali, persuna li tabbuża minn sustanzi jew li għaddejjha minn programm biex twaqqaf id-drogi.
‘Persuni bla saqaf fuq rashom li ġew esklużi minn Housing’ għandhom jiġu ddeterminati skont l-ETHOS (European Typology of Homelessness and Housing Exclusion)- tifsira li ġejja mill-aspett fiżiku, soċjali u skont l-interpretazzjoni legali tal-kelma ‘dar’. Dawn huma l-erba’ ċirkostanzi li tikklassifika nies bla saqaf fuq rashom jew li qegħdin f’ forma estrema ta’ esklużjoni mill-Housing:
1) Bla saqaf (nies li jgħixu fis-selvaġġ jew nies li jinsabu f’akkomodazzjoni temporanja);
2) Mingħajr dar ( nies li jgħixu fi djar apposta, ġo djar ta’ kenn għan-nisa; nies li waslu biex jinħelsu minn xi istituzzjonijiet jew li rċivew sapport minħabba li ma kellhomx dar).
3) Akkomodazzjoni mhix sigura (nies li jgħixu f’postijiet mhux siguri u li huma mhedda li jiġu eskluzi jew li jsiru vittmi ta’ xi vjolenza); u
4) Akkomodazzjoni mhix adekwata ( persuni jgħixu fi djar mhux xierqa, jew postijiet mhux ideali biex tgħix fihom bħal ngħidu aħna: ġewwa caravans mingħajr aċċess għall-ilma, dawl jew gass jew inkella f’sitwazzjonijiet fejn kulħadd ikun fuq xulxin).
xiii. Status dwar reżidenza*
L-impjegat għandu bżonn jagħżel bejn ‘Ngħix f’residenza u bla mpjieg’, ‘Ngħix ġo residenza b’ulied dipendenti’, ‘Ngħix bħala adult waħdi b’ulied dipendenti’, jew ‘Mhux applikabbli’. Parteċipant li ‘Ngħix f’residenza u bla xogħol’ jirreferi għal residenza fejn l-ebda membru tagħha ma huwa mpjegat, jiġifieri l-membri kollha jew huma bla xogħol jew inattivi. Residenza tiġi meqjusa bħala ‘housekeeping unit’ jew inkella bħala ‘unit soċjali’: jekk ikun hemm arranġamenti komuni; jinqasmu lis-spejjeż residenzjali u tal-bżonnijiet ta’ kuljum; ġewwa residenza li tkun komuni. Residenza tinkludi jew persuna tgħix waħedha jew grupp ta’ nies, mhux neċessarjament qraba, jgħixu taħt l-istess indirizz, i.e. jaqsmu minn tal-inqas ikla kuljum jew jaqsmu flimkien il-kamra tal-ikel. Parteċipant li ‘Ngħix f’residenza u bla impjieg b’ ulied dipendenti’ hija għażla simili bħalma ġiet spjegatha qabel; barra minnhekk, ulied dipendenti jirreferu għall-individwi li għandhom bejn 0 – 17-il sena u t-18 u l-24 sena u dawn tal-aħħar ikunu inattivi u jgħixu minn tal-inqas ma’ ġenitur wieħed.
L-età tiġi kkalkulata mid-data tat-twelid u ddeterminata mid-data fejn il-bidu tal-impjieg jidħol fis-seħħ. Filwaqt li l-parteċipant li ‘Ngħix bħala adult waħdi b’ulied dipendenti’ kif diġa spjegat, l-adult għandu jkollu ’l fuq minn 18-il sena.
Dawn id-dettalji huma neċessarji skont ir-Regolamenti (EU) No. 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013. Fuq dan ir-rigward, din il-formola għandha timtela’ minn kull impjegat li ser ikun qed jaħdem permezz tal-Iskema A2E. Jobsplus, bħala Intermedjarju u l-PPCD (Planning and Priorities Coordination Division) bħala Awtorita’ ta’ Tmexxija (Managing Authority), hija responsabbli għall-moniteraġġ, evalwazzjoni, filwaqt li twaqqaf jew tissottometti rapporti lill-Kummissjoni Ewropea, u allura tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni personali ppreżentata mis-suġġetti.
Għaldaqstant, l-informazzjoni tingħata lill-PPCD u tista’ tiġi mogħtija wkoll lil terzi persuni minħabba skopijiet ta’ studju, moniteraġġ, awditjar, rapporti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni li għandhom x’jaqsmu ma sessjonijiet ta’ informazzjoni ko-iffinanzjati mill-Fondi relevanti (ESF jew ERDF). Kull dettall personali jiġi pproċessat skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap 440.
L-impjegat qed jagħti wkoll il-kunsens tiegħu lil Jobsplus, fejn din tal-aħħar tkun tista’ tieħu ritratti u tagħmel użu mill-informazzjoni personali mid-dettalji li l-persuna tkun tat, kif ukoll li tgħaddi informazzjoni b’mod traċċabbli, lil terzi persuni għall-skop ta’ qbil u li għandhom x’jaqsmu mal-proġetti ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.